Reference: 84/2003/1

Judgement Details


Date
07/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BARBARA AGNES ET vs CAMILLERI MIKIEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZGUMBRAMENT MINN FOND MIKRI
Summary
Il-Bord li Jirregola l-Kera ra r-rikors promutur tar-rikorrenti li jghid illi huma wirtu l-fond. Dan il-fond jinsab mikri ghand Mikiel Camilleri u ghandu kera ta' Lm10 fis-sena. Skond ir-rikorrenti,l-intimat ghamel danni ingenti fil-fond, ilu ghal zmien twil ma jirrisjediex fil-fond, qed jaghmel uzu divers tal-istess fond minhabba li qed juzah biex izomm l-annimali u ilu wkoll ghal zmien twil majhallasx il-kera lir-rikorrenti.

Ghaldaqstant l-esponenti talbu lill-Bord sabiex jawtorizzahom jirriprendu l-pussess tal-imsemmi fond u li l-izgombra lill-intimat mill-fond. Da parti tieghu, l-intimat talab in-nullita' tar-rikors promutur u dana peress illi imkien ma' jidher li gie ddikjaratmeta hija l-iskadenza li jmiss ghall-hlas ta' kera u meta ghandu jithallas l-istess hlas ta' kera.L-intimat jghid illi t-talbiet ghandhom jigu michuda peress li l-esponenti ghadu jghix fil-fond, u ma huwiex minnu li sar bdil fid-destinazzjoni tal-kirja minhabba li allegatament qed jinzammu xi annimali.

Il-Board ikkonkluda illi mill-provi kollha mressqa, ma hemm l-ebda dubju illi dak kolluallegat mir-rikorrenti huwa pruvat fil-grad li trid il-ligi. Ghaldaqtant laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzhom jirriprendu l-fond. Ordna lill-intimat jizgombra minn dan il-fond.

Fil-kontestazzjoni tieghu ta' din is-sentenza l-intimat issottometta illi t-tluq tieghu mill-fond mikri kien dovut primarjament minhabba hsara fis-soqfa tieghu u ghal fatt li mar jghix ma' wliedu wara li safa' armel u minhabba raguni ta' sahha. Huwa kkontenda wkoll illi l-fatt taz-zamma ta' klieb u qtatesf'dan il-fond ma jammontax ghal tibdil fl-uzu.

Artikolu 1554 tal-Kodici Civili jimponi b'obbligu li l-kerrej ghandu “jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja, u ghall-uzu miftiehem fil-kuntratt”. In-non-uzu ghal zmien twil jaghti lok ghal kambjament fid-destinazzjoni. Danukoll fil-kaz ta' fond ta' residenza.

Abbinat ma' dan jezisti pero` l-principju l-iehor illifil-kazijiet specjali - ad ezempju ragunijiet ta' sahha - in-non uzu ma jammontax ghall-abbandun tal-fond mikri li jgib tibdil fid-destinazzjoni tieghu.

Ankorke l-intimat appellanti seta' forsi kien anke gustifikat li jhalli l-fond mikri minhabba sahhtu, huwa ma setax, imbaghad, jitraskural-fond u ma jzommux sew mantenut skond dak l-obbligu imperanti fuqu mill-Artikolu 1554 (a) succitattal-Kapitolu 16.

Fil-kaz prezenti, hu accertat mir-rapport tal-periti teknici illi kien hemm nuqqas ta' manutenzjoni tal-fond mill-appellanti u, ankorke seta' kien hemm il-fattur tat-tgharriqbi qdumija, dak in-nuqqas kien il-kawza li progressivament ta lok ghall-aggravament tal-hsarat fis-soqfa.

Dan hu indikattiv ta' non-kuranza u ta' inerzja serja li, fil-fehma teknika tal-periti tal-Bord, holqot qaghda li prevvedibilment ikkontribwit biex il-hsarat jilhqu l-proporzjonijiet lilahqu bla ma l-kerrej iccirkoskriva l-entita taghhom.

Agguntivament, il-provi juru wkoll illi l-appellanti halla l-istat deterjorat tas-soqfa jipprogredixxi minghajr dik l-insistenza ghar-riparazzjonijiet necessarji mis-sidien. L-urgenza u l-prontezza tat-tiswijiet mehtiega kellha tissuggerilu li r-riparazzjonijiet jaghmilhom anke hu nnifsu bl-awtorita` li jaghtih l-Artikolu 1543 tal-Kodici Civili. Minn dan kollu ma ghamel xejn. Dan mhux agir ta' bonus paterfamilias u ma jistax ghaldaqstant iservi lill-appellanti bhala brevett ta' immunita mir-responsabilitajiet tieghu ta' kerrej.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info