Referenza: 19/2002/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/11/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
MILLER ANNE PRO ET NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISKRIMINAZZJONI; ARTIKOLU 32 U 35 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA, U ARTIKOLU 8 U 14 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM
Fil-Qosor
Minn dokumenti mahruga mid-Dipartiment tac-Cittadinanza jirrizulta li meta issir applikazzjoni bhalma ghamlet ir-rikorrenti, fil-kaz fejn il-missier ' was a citizen of Malta at the time of birth', u fejn jigi specifikat li l-fatt li “your parents were not married, under Maltese law and for citizenship purposes, the mother “replaces” the father; hence you were born in England of a mother likewise born in England; therefore you never had a claim to Maltese citizenship”.

Ir-rikorrenti qed issostni li dan l-istat ta' fatt kien lesiv tad-Drittijiet Fondamentali u kostituzzjonali ta l- istessrikorrenti, u cioe` ta' l-Artikoli 32 u 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll tad-drittijiet protetti mill-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem liema Konvenzjoni u Protocol kienu jiffurmaw parti mill-Ligijiet ta' Malta abbazi tal-Att XIV tal-1987.

Ghaldaqstant ir-rikorrenti talbet lill-Qorti joghgobha taghti kull rimedju li jidrilha xieraq biex jitwettqu d-drittijiet fundamentali, fosthom li tiddikjara nulli u bla effett l-imsemmija Artikolu17(1)(a) tal-Kap 188 tal-Ligijiet ta' Malta u ta' kull disposizjoni ohra li tiddiskrimina kontra r-rikorrenti minorenni milli jibbenifika mid-dritt ghal cittadinanza Maltija sancit fl-Artikolu 5(2)(b) ta' l-istess Att.

Ir-rikorrenti ssostni li hemm diskriminazzjoni fil-konfront taghha fuq il-bazi ta' twelid. Infatti l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjnifit-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati fil-Konvenzjoni u fl-Artikolu 14 jissemma fost l-affarijiet ohra t-twelid jew status iehor. Hija essenzjali li jkun hemm effective respect for family life. Fil-kaz in ezami relazzjoni ta' bejn il-genituri ta' Ben Alexander Genovese mhix wahdanaxxenti minn zwieg izda bazata fuq ir-relazzjoni tad-demm ta' bejn tifel u missieru, apparti l-kuncett ta' extended family. Jezisti bejn it-tifel u missieru natural tie.
Il-Qorti iddikjarat lilBen Alexander Genovese bhala tifel naturali ta' Joseph Genovese u li l-konvenut Joseph Genovese ghandu l-obbligu li jmantni l-imsemmi minuri. Ix-xewqa ghall-kontinwazzjoni tal-family life ma tinnecessitax il-volonta` taz-zewg nahat ghax parti wahda wkoll jista' jkollha interess li ma jinqatghux il-legami b'mod definit u li ghalhekk ma jinghalqux il-bibien assolutament ghal dak li parti tixtieq ughandha dritt ghalih.

Fil-fehma tal-Qorti ghalhekk hemm diskriminazzjoni fil-konfront ta'Ben Alexander Genovese permezz ta' l-Artikolu 17(1)(a) tal-Kap 188 tal-Ligijiet ta' Malta, liema dispozizzjoni tal-ligi sservi sabiex iccahhad lill-istess tifel minuri minn cittadinanza Maltija a bazi tat-twelid u status illegittimu tieghu, is-sess ta' missieru, il-hajja privata ta' l-istess tifel.

Ghal dawn il-motivi il-Qorti tiddikjara li l-Artikolu 17 (1) (a) tal-Kap 188 tal-Ligijiet ta' Malta nulli u bla effett fil-konfront ta' l-imsemmi Ben Alexander Genovese minhabba li dan l-Artikolu huwa leziv ghad-drittijiet protetti bl-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni