Reference: 857/2007/1

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HAMMETT ANTHONY vs VELLA VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HLAS TA SERVIZZ
Summary
Il-konvenut ghamel xoghol ta' mekkanik fuq il-boat ta' l-attur. Ix-xoghol sar u hareg invoice ta' Lm2,920.30c. Permezz ta' ittra ta' l-avukat tieghu, il-konvenut kiteb lill-attur fejn talbu hlas ta' Lm1,590, rapprezentanti bilanc minn somma akbar ta' flus li ghadha dovuta minnu ghall-prezz ta' gearbox u xoghol relatat.

Meta Anthony Hammet ircieva din l-ittra huwa nterpreta din l-ittra bhalasitwazzjoni li ghalih kienet tfisser illi meta originarjament kien gie pprezentat l-invoice ta' Lm2,920.30c, dan kien esagerat u li permezz ta' l-imsemmija ittra u ittra ufficjali l-konvenut Vella kixef idejh li fil-fatt il-kont kellu jkun ta' Lm1,590 u ghalhekk Anthony Hammet qed jitlob rifuzjonitad-differenza.

It-Tribunal ikkonkluda illi l-verita' kienet illi l-kont veru u attwali kienta' Lm2,920.30c.It-Tribunal huwa sodisfatt illi attwalment ma kienx kaz ta' arrikkiment indebitu daparti tal-konvenut izda kien kaz ta' zball genwin li ghalih il-konvenut skuza ruhu minnufih.Ghaldaqstant it-Tribunal cahad it-talba ta' l-attur bl-ispejjez kontra tieghu.

B'adezjoni mal-fehmatat-Tribunal, din il-Qorti tikkonkorda illi ma kien jezisti ebda kaz ta' arrikkiment indebitu da parti tal-konvenut. Hu, infatti, fl-espressjoni “minghajr kawza gusta” fit-termini ta' l-Artikolu 1028AKodici Civili li jrid jigi investigat il-fondament tal-principju. Din l-assenza ta' kawza gusta f'dan il-kaz ma gietx sodisfacentement ipprovata u, la dan huwa hekk, ma kien hemm ebda obbligu ta' restituzzjoni fil-konvenut appellat tas-somma pretiza mill-appellanti.

Ghal dawn il-motivi kollha din il-Qorti qed tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra l-attur appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info