Reference: 1752/1996/2

Judgement Details


Date
02/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BORG ALFRIDA ET vs CAMILLERI CARMEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, FTEHIM BIL-MIKTUB - KUNTRATT, INTENZJONI TAL-PARTIJIET - KUNTRATT, PRESUNZJONI LI L-KONTENUT TA` FTEHIM RIDOTT F`KITBA JINKORPORA DAK KOLLU LI FTEHMU L-PARTIJIET - KUNTRATT, PROVA ORALI - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI
Summary
Ir-regola 'contra testimonium scriptum testimonium non scriptum non fertur' mhix assoluta, u ssofrieccezzjoni f'certi kazi. Il-principji li jirregolaw din il-materja skond il-gurisprudenza l-aktar ricenti huma dawn li gejjin:

Meta l-kontraenti jinkorporaw fi skrittura l-ftehim ta' bejniethom, ghandu jigi prezunt li dak li riedu jiftiehmu fuqu nizzluh f'dik l-iskrittura. Ghalhekk m'ghandux ikun lecitu li wiehed mill-kontraenti jdahhal f'dak il-ftehim klawsoli ohra li mill-kitba ma jirrizultawx, jekk ma jkunux klawsoli sekondarji li jkunu qeghdin ifissru jew jiccaraw il-klawsoli principali.

Ghalkemm huwa veru li provi orali jistghu jigu ammessi biex jigu dilucidati punti oskuri ta' kitba, jew f'kazi ta' impunjazzjoni ta' dik il-kitba, izda l-provi orali mhumiex ammissibli biex ifissru dak li fih innifsu huwa diga car.

Ir-regola li kontra l-prova miktuba ma tistax tigi ammessa prova testimonjali mhix applikabli meta l-prova tigi offerta biex tigi mfissra ahjar l-intenzjoni tal-kontraenti li tkun espressa b'mod ambigwu jew oskur, jew meta jrid jigi pruvat xi fattincidentali jew accessorju li jkun konciljabli ma l-att.

Il-principju 'contra testimonium scriptum testimonium non scriptum non fertur' jibqa' jsehh sakemm il-Qorti ma tkunx perswaza illi hemmzball fil-kuntratt, jew li thalla barra xi patt ghal xi raguni specjali'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info