Reference: 104/2006/1

Judgement Details


Date
17/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GRECH MIRABELLE vs LAPIRA ALEX NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HLAS TA XOGHOL TA APPRENDIST
Summary
L-attrici qed taghmel talba ghall-hlas tas-somma ta' Lm546.10 rapprezentanti overtime, leave-entitlement, bonuses u bolla ghaz-zmien li hija kienet apprentista mal-konvenuti.

Il-Kap 452 tal-Ligijiet ta' Malta jiddefinixxi `apprendist` b'referenza ghall-Artikolu 29 tal-Kap 343 tal-Ligijiet ta'Malta, li jiddefinixxi `apprendist` bhala persuna li tkun ghalqet hmistax il-sena li tkun marbuta bi ftehim bil-miktub li taqdi principal matul zmien miftiehem sabiex tikseb tgharif, maghdud t-teorija u l-prattika, f'sengha li l-principal minn naha tieghu ikun marbut li jghallem lil dik il-persuna.Mill-provi kollha prodotti jirrizulta illi l-attrici tinkwadra ruhha tajjeb f'din id-definizzjoni.

Di piu`, l-Artikolu 45(2) tal-KAP 452 jistipula illi kull impjegat, imma anke apprendist, jista` jsib rimedju quddiem il-Qrati ta' Malta, ghall-hlas dovut lilhom ghal pagi, bonuses, leave entitlements, notice period etc.Dan ifisser illi hekk kif impjegat ghandu dritt ghall-hlas tax-xoghol minnhu maghmul - daqstant iehor f'ghajnejn il-ligi taghna ghandu dritt appredist.

Il-konvenuti kellhom obbligu illi jiehdu l-ewwel permess mill-ETC qabel jhaddmu lill-attrici bl-over-time, liema permess jista` jkun soggett ghal certi kundizzjonijiet. Hawnekk naqqsu l-konvenuti u kieku talbu l-permess kif kien stipulat fil-guidelines, kieku forsi kien ikun espress bl-iskritt l-ghoti ta' time off in lieu aktar milli l-hlas ta' over-time. Dan ma sarx u n-nuqqas huwa tal-konvenuti ghall-liema nuqqas certament ma ghandhiex tahti l-attrici.

It-Tribunal, b'ekwita` jaqta` u jiddeciedi billifilwaqt illi jichad l-eccezzjonijiet tal-konvenuti, jilqa` t-talba attrici u jikkundanna lill-konvenuti jhallsu lill-attrici s-somma mitluba fl-Avviz ta' Lm546.10, bl-imghax mid-data tal-prezentatata' l-Avviz u bl-ispejjes kontra l-istess konvenuti.

Appellaw minn din is-sentenza l-konvenuti biex jitolbu r-revoka taghha bil-kontestazzjoni illi t-Tribunal ma mexiex skond il-provi li kelluquddiemu. L-appellanti jaccettaw li l-attrici hadmet maghhom bhala apprendista tramite l-interventtal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Ma jaccettawx li hadmet overtime ghaliex dan ma jirrizultaxmill-payslips taghhom u, ukoll, ghaliex, skond huma, kien intlahaq qbil verbali ma' l-attrici fil-bidu ta' l-apprendistat taghha illi l-hin extra jew zejjed ta' xoghol jitpatta bit-time off in lieu.Inversament, l-attrici kompliet tinsisti ghal hlas tas-sahra li hadmet.

Fil-kaz prezenti dinil-Qorti, bhat-Tribunal qabilha, hi sodisfatta li l-attrici ghamlet xoghol straordinarju fejn inqabez l-orarju ta' 40 siegha fil-gimgha u allura hi intitolata, bhal kull impjegat “full time”, ghal hlas ta' overtime skond dik ir-rata applikabbli ghal haddiem full time.

Ghaldaqstant, l-Appellqed jigi michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra l-konvenuti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info