Referenza: 406/2005/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DATAPLOT GMBH vs MOHAB FAHMI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; HLAS TA MERKANZIJA
Fil-Qosor
Din hija kawza fejn l-attur qed jitlob il-bilanc ta' prezz dovut lilu fuq konsenja ta' karta mibghuta minnu lill-konvenut u li dwarha l-konvenut ghad baqghalu xi kont pendenti fl-ammont imsemmi fl-avviz.Il-konvenut minn naha tieghu, mhuwiex qed jikkontesta li effettivament ircieva din il-konsenja ta' materjal, izda ighid li ma kienitx ta' kwalita tajba.

L-eccezzjoni tal-konvenut hija dikibbazata fuq l-Artikolu 1390 tal-Kodici Civili, in forza ta' liema, jekk il-venditur jikkonsenja haga mhux tal-kwalita patwita jew mhux bhal kampjun li fuqu l-vendita tkun saret, il-kompratur jista jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni jew li jirceviha bit-tnaqqis fil-prezz fuq stima.

Hu pacifiku illi d-dritt moghti lill-kompratur bl-Artikolu 1390 tal-kodici Civili jista jigi ezercitat “per vie di eccezzjoni”. Pero ghandu jkun car illi l-konvenut kompratur ghandu jpoggi lilunnifsu f'posizjoni guridika li jkun jista jezzercita dan ir-rimedju u m'ghandux, u ma jistax, bl-azzjoni tieghu stess jippregudika tali dritt. Ir-rifjut ta' l-oggett u t-talba ghall-hlas ta' danni,li kif inghad jimportaw talba dikjaratorja tar-rixessjoni tal-kuntratt, jimportaw li l-oggett mibjugh jigi ritornat lill-venditur, nehhi f'dawk il-kazijiet eccezzjonali fejn dan ikun fizikament impossibli. Certament il-kompratur ma jistax jirrifjuta l-oggett, filwaqt li jibqa jzommu taht il-kontroll tieghu, jaghmel uzu minnu u forsi anke, kif inhu allegat f'dan il-kaz, jiddisponi minnu. Hu ghalhekk pacifiku li l-bejjiegh hu obbligat li jikkonsenja l-oggett minnu mibjugh li jkun tal-kwalita miftiehma bejnu u bejn ix-xerrej.

L-Ewwel Qorti issibha difficli tara li l-konvenut ighid li kellu mercja difettuza u ma ghamel xejn dwarha. Il-konvenut, ghalkemm ighid li kellu xoghol hazin, lattanta jiddeposita il-materjal taht l-Awtorita ta' l-Qorti, u lanqas talab lis-socjeta attrici sabiex jigi stmat il-hsara li kkontenda li kellu. Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti, filwaqt li tilqa t-talbatas-socjeta attrici, tichad l-eccezzjonijiet tal-konvenut u tikkundanna lill-konvenut ihallas lill-attur is-somma ta' LM4,184/71.

B'mod generali l-appell tal-konvenut fil-kontestazzjoni tad-decizjoni ta' l-Ewwel Qorti jikkonsisti fl-obbjezzjoni illi dik il-Qorti naqset milli taghmel apprezzament adegwat tal-provi u naqset ukoll milli tinterpreta kif imiss il-ligi ghall-fatti.

Fil-fehma ta' din il-Qorti ta l-Appell, il-fatti gew ezaminati fid-dettal mill-Ewwel Qorti u kkummentati anke singulatim fil-parti espozittiva tas-sentenza. Din il-Qorti ta l-Appell taqbel mal-konkluzjoni raggunta fis-sens li l-eccezzjoni ma setghetx, in bazi tal-fatti ezaminati, titqies fondata, u ma thossx, allura, in-necessita` li zzid ebda riljev iehor dwarhom. Ghaldaqstant, l-appell qed jigi michudu s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-konvenut appellant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni