Reference: 63/2007

Judgement Details


Date
06/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
SAID GEORGE NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 U 14 TAL-KONVENZJONI EWROPEA DWAR ID-DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM.
Summary
Fil-kaz odjern, l-appellanti mhux qed jghidu illi l-Magistrat in kwistjoni, agixxa, qed jagixxi jewbi hsiebu jew x'aktarx jagixxi “with personal bias” fil-kawza li huma istitwew kontra l-appellati Grech, izda semplicement li c-cirkostanzi partikolari ma jaghtux garanziji sufficjenti li jeskludu preokkupazzjoni jew dubbju legitimu in propositu.

Minn ezami tal-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea jidher illi fil-kuntest ta' involviment ta' gudikant fi stadji differenti tal-proceduri, il-kwistjoni jekk ikunx hemm imparzjalita` oggettiva jew le tiddependi totalment min-natura u l-iskop tal-varji proceduri in kwistjoni.

Meta l-ewwel decizjoni tal-gudikant tkun involviet biss ezami prima facie tal-provi, dan il-fatt wahdu ma jiggustifikax oggettivament pre-okkupazzjoni dwar l-imparzjalita` tal-gudikant, meta l-istess gudikant jigi biex jaghti d-decizjoni tieghu fil-meritu.

Sabiex wiehed jasal ghal konkluzjoni jekk it-thassib ta' l-appellanti dwar l-imparzjalita` tal-gudikant huwiex oggettivament gustifikat jew le, l-ewwel trid issir analizi tan-natura u l-iskop ta'proceduri ghall-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni.

Il-kweziti li jrid jaghmel gudikant meta jezamina talba ghal hrug ta' mandat ta' inibizzjoni huma differenti minn dawk li jrid jaghmel meta jigibiex jiddeciedi l-kawza fil-meritu. Konsegwentement, ma jistax jinghad li s-semplici fatt li gudikant ikun laqa' jew cahad talba ghal hrug ta' mandat ta' inibizzjoni oggettivament jiggustifika xi preokkupazzjoni dwar l-imparzjalita` tieghu meta huwa jigi biex jiddeciedi l-kawza fil-meritu dwar l-istess dritt li kien is-suggett tal-mandat ta' inibizzjoni. Inoltre, is-subartikolu (2) jirrikjedi lil-gudikant irid ikun sodisfatt li l-mandat ikun “mehtieg” u mhux semplicement utili. Ghalhekk wiehed jista' jkollu jedd ghal xi haga, izda mill-banda l-ohra l-hrug ta' mandat ta' inbizzjoni ma jkunxjidher li hu mehtieg.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info