eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1/2008
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
03/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAMMIT VICTORIA vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
ZAMMIT VICTORIA vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI - 1/2008 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), DSS
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL; DRITT GHAL PENSJONI GHALL-IRTIRAR.
Fil-Qosor
L-appellanti applikat ghal Pensjoni ghall-Irtirar. Id-Direttur ma accettax din it-talba taghha bil-kontenzjoni illi l-medja minn sena ghal sena ta' kontribuzzjonijiet imhallsa minnha jew akkreditati lilha kienet inferjuri ghal ghoxrin. L-appellanti, minn naha taghha, tirribatti illi hi hallset medjata' hamsin kontribuzzjoni mifruxa fuq il-perijodu li fih hadmet minn Mejju 1965 sas-sena 1978.
Stabiliti dawn fatti, hi disposizzjoni esplicita tal-ligi fl-Artikolu 44 tal-Kapitolu 318 illi, bla hsara ghal disposizzjonijiet ohra ta' l-Att, biex persuna tikkwalifika ghall-Pensjoni ghal Min Jirtira din riedet tissodisfa zewg pre-rekwiziti, u cjoe li:-
(a) fid-data ta' meta tirtira tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kontribuzzjonijiet rilevanti;
u (b) taghmel talba ghal hekk fi zmien sitt xhur minn dik id-data.
Huwa mbaghad provvdut, b'abbinament ma' l-Artikolu 17 ta' l-istess Kapitolu, illi l-kondizzjonijiet ta' kontribuzzjonijet huma in virtu ta' l-Artikolu 2 tal-Hdax-il Skeda dawn li gejjin:-
(1) Il-persuna tkun hallset mhux anqas minn 156 kontribuzzjoni;
u(2) Il-medja ta' kontribuzzjonijiet imhallsa jew akkreditati lilha hu komputat ghall-perijodu li jibda mill-ewwel gurnata tas-sena ta' kontribuzzjoni taghha, jew fl-ewwel gurnata tas-sena ta' kontribuzzjoni taghha u li tispicca fl-ahhar gurnata tas-sena ta' beneficcju taghha li tinkludi l-gurnatali fiha l-kondizzjonijiet jinhtiegu li jkunu sodisfatti.
Id-Direttur iddecieda li l-appellanti ma kenitx intitolata ghal Pensjoni ghal Irtirar peress illi I-medja minn sena ghal sena ta' kontribuzzjonijiet imhallsa minnha jew akkreditati lilha hija anqas minn 20 skond kif mitluba fl-Artikolu 17(5) ta' l-Att dwar is-Sigurta` Socjali.
L-Arbitrut ikkonklunda billi qabel mad-decizjoni tad-Direttur u ghaldaqstant l-appell gie michud. Ir-rikorrenti Victoria Zammit hassitha aggravata b'din id-decizjoni ta' l-Arbitru.
Fil-kaz in ezami hu koncess mid-Direttur appellat illil-appellanti effettivament hallset total ta' 713 kontribuzzjonijiet u mhux 574, kif minnu erronjament indikat fir-risposta tieghu ghall-gravam ta' l-appellanti quddiem l-Arbitru.
Fil-fehma ta'din il-Qorti ta'l-Appell, mis-sinjifikat tal-kliem, hu dak li ghal fini tal-komputazzjoni tal-medjaried jittiehed in konsiderazzjoni l-perijodu shih mill-inkomincjament tas-sena li fih l-appellantighalqet 19-il sena sas-sena shiha ta' kontribuzzjoni, kif mill-Att definita, li tipprecedi dik tas-sena tal-beneficcju reklamat minnha, inkluziva tal-gurnata li fiha l-kondizzjonijiet surreferiti kienu sodisfatti. Dejjem fil-hsieb tal-Qorti, jekk jemergi aspett inekwivoku mid-disposizzjoni ta' l-artikolu fil-Hdax-il Skeda dan hu raffigurat mill-portata tal-kelma qabel bil-konnotazzjonijiet kollha taghha, sussegwita bil-kliem the beginning of his benefit year which includes the day on which the conditions are required to be satisfied. Semantikament tradott, fil-kaz prattiku dan ifisser illi mis-sena 1965 sas-sena 2005 (u allura precedenti s-sena ta' l-intitolar ghal beneficcju) kien hemm perijodu ta' erbghin sena li meta kkonfrontati mal-kontribuzzjonijiet imhallsa jaghtu medja ta' 17.82 kontribuzzjoni fis-sena. Li jfisser, allura, mejda inferjuri ghal minimu ta' 20 kontribuzzjonirikjest mil-ligi.
Ghaldaqtant, l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata,bl-ispejjez jibqghu fic-cirkustanzi bla taxxa bejn il-partijiet.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta