Reference: 129/2005/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIZZI IRIS vs CAMILLERI MARIANNA
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ZGUMBRAMENT
Summary
Il-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta) tiddikjara li l-konvenuta Mairanna Camilleri qed tokkupa l-fond kamra fuq il-bejt u parti mill-bejt tal-fond numru 33, Triq Rinella, il-Kalkara, minghajr titoluvalidu fil-ligi. Tordna ghalhekk lill-istess konvenuta Marianna Camilleri biex tizgombra mill-imsemmija kamra tal-bejt u parti mill-bejt tal-fond numru 33, Triq Rinella, il-Kalkara, meritu ta' din il-kawza.

Fermi dawn il-fatti, jidher li l-kwestjoni centrali involuta f'dan il-kaz tirrigwardazewg ambjenti specifici, ossija l-kamra u parti mill-bejt. Ghall-attrici appellata dawn l-ambjentijappartjenu lilha in kwantu parti integrali mill-fond 33 Rinella Street, Kalkara devolut lilha bid-divizjoni. Hi tiffonda dan l-assunt taghha principalment fuq id-deskrizzjoni tal-fond fid-denunzja ta' missierha u l-assenza ta' l-inkluzjoni taghhom fir-ricevuti relattivi ghal fond l-iehor Numru 35ad uzu ta' workshop mill-ahwa Camilleri. Bil-kontra, l-appellanti u l-intervenjent jissottomettu, ghallanqas fir-rigward tal-kamra, illi din kienet, mill-bidunett tal-lokazzjoni, quid unum ma' l-uzuu l-godiment tal-workshop.

Din il-Qorti ta' l-Appell tara li hu l-kaz li tiddipartixxi in parte mill-konkluzjoni ta' l-Ewwel Qorti in referenza ghall-kamra li taghha l-attrici talbet l-isfrattminnha tal-konvenuta. Din il-konkluzjoni tal-Qorti ma tkoprix ukoll dak deciz mill-Qorti ta' l-Ewwel grad dwar il-parti tal-bejt liema decizjoni ghandha tibqa' inalterata.

Ghal dawn il-motividin il-Qorti qed tilqa' in parte l-appell interpost billi tiddeciedi li l-kamra tifforma parti integrali mill-kirja tal-fond numru 35 adibit bhala workshop in godiment ghand l-intervenjenti fil-proceduri flimkien ma' huh. Mill-kumplament is-sentenza appellata qed tigi kkonfermata u, konsegwentement, il-Qorti ta' l-Appell tordna l-isfratt ta' l-appellanti u ta' l-intervenjenti mill-parti tal-bejt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info