eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 569/2003/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
03/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CIANTAR JOSEPH vs CAMILLERI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
CIANTAR JOSEPH vs CAMILLERI VICTOR - 569/2003/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
LIBELL U MALAFAMA
Fil-Qosor
L-attur qed jiddikjara li l-artikolu Tbazwir finanzjarju fil-Kunsill Lokali ta' Haz-Zebbug bis-sottotitolu Jinghataw direct orders li ghalihom inhargu kontijiet ta' aktar minn LM20,000, ippubblikat fil-gurnal Il-Mument', fil-harga tad-9 ta' Novembru tas-sena 2003, li tieghu l-konvenut hu l-editur, huwa libelluz u malafamanti fil-konfront ta' l-attur u li jesponieh ghad-disprezz u ghar-redikolu tal-pubbliku.L-attur qed jitlob li jithallas dik is-somma li tiffissa din il-Qorti f'ammont li majeccedix il-LM5,000.00,0 bhala danni ghall-malafama b'appikazzjoni ta' l-Artikolu 28 tal-Kapitolu 248.
Hu sintomu importanti ta' regim demokratiku li jkollu stampa li hi serja u ppreparata biextinvestiga b'serjeta' l-operat ta' kwalunkwe persuna li tkun fdata b'xi oneru pubbliku u fejn jidhol l-infieq ta' fondi pubblici. Kif sostniet il-Qorti tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem fil-kazThe Sunday Times vs The K.K. tas-26 t'April tal-1979, l-istampa, fl-ambitu ta' l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem . plays its vital role of public watchdog and to impact information and ideas on matters of public interest. Di piu', ghandu jkun pacifiku li gurnalist serju jew stampa serja, kemm -il darba ssostni li stharrget jew investigat sitwazzjoni li ddivulgat, ghandha verament tkun effettivament stharrget u nvestigat hi stess il-fatti li tirraporta u li tiddivulga lill-pubbliku.
Minn naha l-ohra, jekk bil-maqlub, minhabba xi raguni jew ohra, bhal per ezempju l-ghamad politiku, dawn ikunu mohhom biss biex jiddivulgaw dawk l-istqarrijiet li jinghataw minghajr verifika serja u oggettiva, l-aqwa li jhammgu lill-avversarji politici -allura l-protezzjoni guridika li wiehed jista' jinvoka ma jista' qatt isibha biex tissufragah.
Jirrizulta fil-kaz odjern li effettivament il-konvenut, ghalkemm fl-artikolu in dizamina jaffermaghal diversi drabi li effettwa l-istharrig li fuqu bbaza l-artikolu tieghu, fil-fatt fl-atti, jirrizulta li ma kien xejn minn dan u kien biss ibbazat fuq informazzjoni li kunsillier avversarju ghall-attur ghadda lill-editur konvenut biex jisserva bih biex jilhaq l-ghanijiet mohbija tieghu.
L-Ewwel Qorti hi sodisfatta li la l-artikolu anonimu in dizamina hu bbazat fuq fatti li ma jirrizultawx senjatament l-istharrig allegat mill-editur konvenut u tbazwir finanzjarju, allura b'dan l-artikolu, l-istampa giet sottilment manipolata biex tissodisfa l-ghanijiet illeciti tal-konvenut billi tesponi minghajr ebda bazi, lill-attur ghal malafama billi attribwiet fatti lilu li ma gewx verifikatif'dawn l-atti stante li ma jirrizultax li l-attur Joseph Ciantar immanipola l-finanzi tal-Kunsill minnu mmexxi kif allegat. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tikkundanna lill-konvenut Victor Camilleri biexihallas lill-attur Joseph Ciantar l-ammont ta' LM300.00,0, bl-ispejjez kontra l-konvenut.
Il-kontestazzjoni tal-konvenut fir-rigward ta' din is-sentenza tikkonsisti fil-fatt illi l-artikolistajiddikjara illi l-fatti minnu esposti huma r-rizultat minn informazzjoni li kiseb u mill-istharrig li ghamel. Anke f'din is-sede, l-appellanti jkompli jinsisti illi ghal dawk li huma l-fatti, l-editur strah fuq dak li qalulu kunsilliera ta' l-istess Kunsill Lokali u fuq il-kontenut tar-rapportta' l-IAID.
Il-Qorti ta l-Appell zammet prezenti illi meta nkiteb l-artikolu, il-konvenutma setax ikun li huwa bbaza dawk il-fatti fuq ir-rapport ta' l-IAID, gjaladarba dan ma kienx ghadu finalizzat.F'dak l-istadju ma kienetx ghadha saret ricerka serja tal-fatti ppubblikati.
Il-Qorti ta l-Appell hi konxja illi l-kumment jew il-kritika ta' l-operat ta' persuni pubblici hi dejjembzonnjuza f'socjeta` demokratika. Mill-banda l-ohra, meta dik it-tutela timplika, bla ebda gusitifikazzjoni, gudizzju ta' dizvalur fuq ir-reputazzjoni tal-persuna kkritikata, dik l-istess kritika matistax ma tkunx, ghal dik li hi l-legittimita ta' l-ezercizzju taghha, kondizzjonata ghall-osservanza ta' certi limiti gusti.
Ghaldaqstant l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra l-konvenut appellanti.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta