Referenza: 1235/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Partijiet
ABELA EMANUEL ET vs FLUTI MUHAMMED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 493 TAL KAP 16 - ECCEZZJONI TA PRESKRIZZJONI - TIBDIL FIL HAGA IN KOMUN
Fil-Qosor
Skond l-Artikolu 493 tal-Kap 16: ‘Ebda komproprjetarju ma jista' jaghmel tibdil fil-haga in komun minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra, lanqas jekk jidhirlu li dak it-tibdil hu ta' gid ghalkulhadd, u skond l-Artikolu 491. tal-Kap 16: ‘Kull komproprjetarju jista' jinqeda bil-hwejjeg in komun, basta -
(a) li jinqeda bil-haga skond id-destinazzjoni taghha kif stabbilita bl-uzu;
(b)li ma jinqediex bil-haga kontra l-interess tal-komunjoni, jew b'mod li ma jhallix lill komproprjetarji l-ohra jinqdew biha in komun skond il-jeddijiet taghhom.'

Din il-Qorti, bhala Qorti ta' revizjoni, toqghod lura milli tiddisturba l-konkluzzjonijiet ta' l-ewwel Qorti fuq l-apprezzament ta'fatti rizultanti. Dan sakemm ma jirrizultax li dawk il-konkluzzjonijiet ikunu kjarament zbaljati b'mod li jekk din il-Qorti ma tvarjax dawk il-konkluzjonijiet tkun qed issir ingustizzja manifesta.

L-eccezzjoni ta' preskrizzjoni tista' tinghata f'kull stadju tal-kawza, anke fl-istadju ta' l-appell. Biss huwa mehtieg li tali eccezzjoni tinghata b'mod formali f'nota ta' l-eccezzjonijiet, debitament notifkata lill-kontro-parti li jkollha kull dritt li tressaq provi biex tikkontrobattiha.Eccezzjoni simili ma ghandhiex tinghata f'nota ta' l-osservazzjonijiet wara li l-kawza tkun giet imhollija ghas-sentenza.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni