Reference: 1/2002/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BUGEJA JOSEPHINE ET vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 12 (4) (5) (6) TAL-ORDINANZA DWAR IT-TNEHHIJA TAD-DJAR - EMFITEWSI - PRIVAZZJONI TA TGAWDIJA TA PROPRJETA. - TEHID FORZUZ
Summary
Ir-rikorrenti qed jattakkaw il-kostituzzjonalita` tal-Artikolu 12 sub-artikolu (4)(5) u (6) tal-Ordinanza Dwar it-Tnehhija tad-Djar mill-Kontroll (Kap. 158 tal-Ligijiet ta` Malta). Bis-sahha ta` dawnis-sub-artikoli, f`kaz ta` gheluq ta` koncessjoni enfitewta li tkun saret qabel l-1979 u ghal zmientemporanju ta` aktar minn 30 sena, u f`kaz li l-fond ikun okkupat minn cittadin malti bhala r-residenza ordinarja tieghu, l-enfitewta jkollu l-jedd jikkonverti l-enfitewsi f`wahda perpetwa taht l-istess kondizzjonijiet, hlief li c-cens, issa perpetwu, isir sitt darbiet daqs dak ezistenti u jirrevedi ruhu kull hmistax-il sena skond iz-zieda fl-inflazzjoni. Il-ligi tipprovdi wkoll ghall-esercizzju ta` dan l-istess dritt mill-okkupant f`kaz li l-enfitewta jonqos li jusufruwixxi ruhu mid-dritt lilu koncess fi zmien sitt xhur mit-terminazzjoni tal-koncessjoni temporanja, u ghall-pubblikazzjoni tal-kuntratt pubbliku relattiv a scelta tal-enfitewta jew okkupant skond il-kaz.

F`dan il-kaz,wara li skadiet l-enfitewsi temporanja, l-attwali enfitewtae talbu l-applikazzjoni tas-sub-artikoliin kwistjoni. Peress li r-rikorrenti kkontestaw dan id-dritt invokat mill-enfitewtae, il-materja tresqet ghall-quddiem dawn il-Qrati, u l-Onorabbli Qorti tal-Appell ikkonfermat il-jedd tal-intimatighall-konverzjoni tat-titolu taghhom f`wiehed perpetwu u ordnat il-pubblikazzjoni tal-att pubbliku relattiv.

Ir-rikorrenti qed jilmentaw li s-sub-artikoli tal-ligi in kwistjoni, kif applikati fil-konfront taghhom minn dawn il-Qrati, jilledu l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta` Malta u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokol tal-Konverzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, kif inkorporat fil-ligi Maltija permezz tal-Att XIV tal-1987.

Din il-Qorti ma taqbilx li, bis-sahha tal-emendi introdotti f`dik il-ligi, il-padrum dirett ghandu d-drittijiet tieghu reali fuq il-proprjeta` imnaqqsa; id-dritt ta` uzu u ta` tgawdija favur l-enfitewta, originarjament koncess mis-sid, gie mtawwal in perpetwu, pero`, id-drittijiet reali tal-padrun dirett baqghu mhux mitifsa, inkluz id-dritt tieghu li jitlob l-esekuzzjoni ta` xi drittijiet imqieghda favur tieghu fuq il-kuntratt, u r-rizoluzzjoni tal-koncessjoni enfitewtika u r-radd lura f`idejh tal-proprjeta` f`kaz li l-enfitewta jikser xi kundizzjoni kuntrattwali jew impost fuqu bil-ligi.

Sabiexjapplika l-principju ta` tehid forzuz wiehed irid jara jekk ittehditx proprjeta` b`mod li s-sid originali jigi zvestit minn kull dritt li ghandu fuq il-proprjeta`. F`dan il-kaz, il-fond kien u ghaduproprjeta` tar-rikorrenti, li tista` taljena jew tittrasferixxi l-fond lill-terzi, ghalkemm il-valurtal-fond certament qieghed affettwat mic-cirkostanzi.

Inoltre, skond il-gurisprudenza in materja, il-Legislatur ghandu diskrezzjoni wiesgha li jikkontrolla l-uzu ta` fondi ghall-fini ta` residenza, u dan fid-dawl tal-impenn socjali li ghandu lejn ic-cittadini tal-pajjiz. Ghal dan il-ghan, jista` jiehu mizuri biex jipprotegi lill-okkupant fit-tgawdija tal-proprjeta`, u dan versu kumpens limhux necessarjament jirrifletti l-valur reali u tas-suq tal-proprjeta`.

Meta wiehed jikkunsidra li l-emendi tal-1979 kienu gew introdotti bi skop li l-Gvern tal-gurnata jimplimenta l-politikatieghu socjali u ekonomika, ma tarax li l-provvedimenti in kwistjoni ghandhom jitqiesu li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem u dan kemm kif protetti bil-Kostituzzjoni ta` Malta, kif ukoll bil-Konvenzjoni Ewropea.

Una volta li din il-Qorti waslet ghall-konvinciment illi l-kaz taht ezamihu wiehed ta' privazzjoni tat-tgawdija u mhux ta' tehid tal-proprjeta' u konsegwentement ma jaqghaxfl-orbita ta' Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta` Malta, mhux il-kaz li tinvestiga oltre jekk il-kumpens mil-ligi stabbilit ghal dik il-“privazzjoni tat-tgawdija” kienx wiehed xieraq. Dan l-esercizzju,pero`, hu obbligat li l-Qorti taghmel taht l-artikolu protokollari tal-Konvenzjoni. Dak l-artikolu,pero`, ghall-kuntrarju tal-artikolu konvenzjonali, ma jaghtix dritt assolut ghall-hlas ta' kumpens.Ghaldaqstant, il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info