Referenza: 45/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/09/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DEBONO JOHN vs CAUCHI GIANNA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; UZU TA MANDAT TA INIBIZZJONI
Fil-Qosor
Din il-kawza titratta dwar danni ta' mhux aktar minn €3494.06 subiti mill-attur wara li huwa gie mizmum milli jizviluppa l-art tieghu wara mandat ta' inibizzjoni sabiex twaqqfu milli jibni. It-talba ghall-pagament ta' dawn id-danni giet ikkontestata.

Fil-fehma tat-Tribunal jidher illi l-atturi hassew illi l-actio rei vindicatoria maghmula mill-konvenuti fil-kawza fl-ismijiet Maria Assunta Spiteri et vs Joseph Debono (Cit Nru 13/2000,) u li giet deciza kontra taghhom, kkostringew lill-attur fil-kawza odjerna jidhol f'aktar spejjez biex issa jista' jizviluppa l-art tieghu. Minn naha taghhom, il-konvenuti qalu illi huma kienu qieghdin jezercitaw dritt taghhom skond il-ligi meta huma fethu actio rei vindicatori ghall-art illi huma kienu qed jippretendu illi kienet taghhom u sabiex jipprotegu d-drittijiet taghhom, dak iz-zmien inhareg mandat ta' inibizzjoni li gie segwit b'kawza li damet ghaddejjha ghal hames snin.

It-Tribunal huwa tal-fehma illi kemm il-mandat ta' inibizzjoni u l-kawza dwar titolu ghall-istess art kienet saret in buona fede. Huwa pacifiku illi persuna ghandha dritt taghmel kawza dwar titolu ta' art li ddur ghal rimedji gudizjarji, izda dan id-dritt m'ghandux jinkiseb in mala fede . Dan id-dritt m'ghandux jinkiseb b'imprudenza, traskuragni jew nuqqasta' hsieb ta' missier tajjeb tal-familja.

Fil-kawza Cit. nru 13/2000 ma jidhirx lli l-Qorti irriteniet illi l-mandat kien sar b'mod abusiv jew fuq raguni fiergha, jew in mala fede u ghalhekkfil-fehma tat-Tribunal l-ispejjez zejda li l-attur qieghed jitlob m'humiex meritati. Fil-fehma tat-Tribunal, l-attur kellu permess ghal l-izvilupp ta' l-art in kwistjoni li halla jiskada. Dan huwa nuqqas da parti tieghu li m'ghandux jitfa' dell fuq il-konvenuti.

Huwa pacifiku illi jekk kemm il-darba kawza ma tirnexxiex ghal min ikun qieghed jaghmilha dan ma jfissirx illi din il-persunaghandha titqies responsabbli ghar-rizarciment ta' danni fil-konfront ta' min ikun rebahha meta tkunsaret in buona fede.Ghaldaqstant it-Tribunal cahad it-talba attrici.

L-appell ta' l-attur kontra din is-sentenza huwa bazat fuq is-sottomissjoni illi t-Tribunal ghamel apprezzament errat tal-provi.

Din il-Qorti ta' l-Appell ma tirravvizax fil-kaz in ispecje l-ebda dolo jew stat soggettiv ta' mala fede jew ta' abbuz fl-appellati. L-ebda imprudenza jew traskuragni, hekk abbazi tal-kolpa gravi, fl-impenn taghhom ta' dik id-diligenza sufficjenti li ggeghlhom javvertu l-ingustizzja tal-pretiza avvanzata minnhom b'dik il-kawza l-ohra. L-ebda vessatorjeta` fit-talba ta' l-ottenimenttal-mandat ta' l-inibizzjoni jew tal-kontinwazzjoni fis-sehh tieghu fid-durata ta' dik l-istess kawza.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez ukoll ta' din l-istanza a karigu ta' l-attur appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni