Reference: 19/2004/1

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TAL-FRANCIS CONSTRUCTION LIMITED ET (APPELLANTI) vs ZARB ANGELO (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; BEJGH TA OGGETT MHUX SKOND IL KWALITA
Summary
Is-socjetajiet atturi qed jitolbu, wara li jigi dikjarat illi bibien li huma kienu ordnaw minghand il-konvenut kienu difettuzi, mhux tal-kwalita' pattwita u ma sarux skond is-sengha u l-arti, l-konvenut jigi ordnat inehhihom minn fejn gew nstallati. Konsegwentement, talbu wkoll li jigu likwidati d-danni kkagunati lilhom minhabba dan ix-xoghol hazin u li l-konvenut jigi kkundannat ihallas dawn id-danni.

L-Artikolu 1390 tal-Kodici Civili jirregola l-bejgh ta' oggett mhux skond il-kwalita' miftehma jew bhall-kampjun jistabilixxi illi:
“Jekk il-haga li l-bejjiegh igib biex jikkunsinnama tkunx tal-kwalita' mweghda jew ma tkunx bhall-kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista'jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni, jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stimata' periti.”

Id-diretturi tas-socjetajiet atturi ghall-ewwel kienu sodisfatti bix-xoghol tal-konvenut. Kien biss wara certu zmien li ndunaw bid-difetti f'dan ix-xoghol, li gew anke konfermatimill-espert tekniku nkarigat mill-Qorti. Madankolu, is-socjetajiet atturi messhom qabel xejn talbu x-xoljiment tan-negozju li kien sar bejn il-kontendenti, biex imbaghad ikunu intitolati jitolbu wkollir-rifuzjoni tal-flus li kienu hallsu u li l-konvenut jiehu lura l-bibien li kien ghamlilhom. Talbaf'dan is-sens pero' s-socjetajiet atturi baqghu qatt ma ghamlu. Peress li s-socjetajiet atturi naqsu milli jaghmlu talba simili, il-Qorti tal-Magistrati kkonkludiet li setatx tipprocedi biex tilqa' t-talbiet l-ohra anke jekk rrizulta li tassew dawn il-bibien ma sarux skond is-sengha u l-arti.

Fil-kontestazzjoni taghha ta' din is-sentenza, s-socjeta` attrici tressaq is-segwenti aggravji b'konsiderazzjoni ghat-talba tar-revoka minnha sottomessa:-
(1) L-Ewwel Qorti kienet kompletament zbaljata meta, nonostante li ddeterminat li l-kuntratt konkjuz bejn il-partijiet kien wiehed ta' appalt, ghaddiet biex tapplika ghalih id-disposizzjonijiet taht l-istitut tal-bejgh.
(2) Il-formalizmu ristrett li l-Ewwel Qorti esigiet fil-formulazzjoni ta' l-att promotur hu ghal kollox barra minn loku fi proceduri quddiem Qorti Inferjuri.

Din il-Qorti tal-Appell ma taqbilx mal-mod kif il-Qorti ta' l-Ewwel grad irragunat fuq il-vertenza li kellha quddiemha. Dan ghar-raguni illi una voltastabbilit minnha illi l-partijiet kienu appattwew kuntratt ta' appalt ma kellhiex imbaghad tiddetermina l-kontroversja billi tiddevja ghad-disposizzjoni rilevanti taht l-istitut tal-bejgh.

Fil-kaz in ezami l-volonta tal-kontraenti hi sufficjentement cara in kwantu ma jezisti ebda dizakkordju illi l-kontrattazzjoni ta' bejniethom ma kienetx dik inerenti ghall-appalt. Una volta dan qed jigi hekk stabbilit jokkorri jigi issa ezaminat jekk il-mod kif koncepiti l-premessi u l-oggett tat-talba bl-att promotur jikkorrispondux ghall-elementi ta' l-appalt jew, ghall-kuntrarju, ghandhomx aktar korrispondenza man-natura tal-bejgh.

L-att ta' l-Avviz ghandu principalment bhala petitum l-eliminazzjoni tax-xoghlijiet difettuzi u r-rizarciment tad-danni. Il-causa petendi tieghu hi, imbaghad, arginata fuq il-premessi illi x-xoghlijiet appaltati ma sarux skond l-arti u s-sengha ghal dikli hi l-kwalita u l-istandards akkordati u li d-difetti riskontrati kienu jirrendu l-appalt ezegwitbhala inaccettabbli.

Fejn kommittent ihossu insodisfatt bix-xoghlijiet ezegwiti, huma diversi x-xelti gudizzjali li l-ligi takkordalu ghat-tutela tad-drittijiet tieghu. Artikolu 1125 tal-Kodici Civili “jistabilixxi l-principji generali applikabbli ghal kull xorta ta' obbligazzjonijiet, u jaghti azzjoni ghad-danni kontra min jonqos u jikser l-obbligazzjonijiet li jkun refa' fuq spallejh.”
Il-kommittenti ghandu, ghal kaz fejn id-difetti ma jkunux sostanzjali, id-dritt ta' azzjoni biexjobbliga lill-appaltatur li jirripara d-difetti jew jaccetta riduzzjoni fil-prezz.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tilqa' l-appell u konsegwentement thassar u tirrevoka s-sentenza appellata. L-atti qed jigu rinvjati lura lill-ewwel Qorti ghall-kontinwazzjoni u decizjoni tal-mertu uta' l-eccezzjonijiet l-ohra ghalih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info