Reference: 2/2004/3

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SPITERI GIOVANNA ET (APPELLAT) vs ZERAFA LORETO (APPELLANT)
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; TERMINAZZJONI TAL-KIRJA TAR-RABA U RIPPREZA TA ART AGRIKOLA
Summary
Permezz ta' dan ir-Rikors ir-rikorrenti qed jitolbu t-terminazzjoni tal-kirja tar-raba indikata fl-istess Rikors u r-ripresa taghha ghal zewg ragunijiet u cioe' illi :
(i) Huma ghandhom bzonn dan ir-raba ghal skopijiet agrikoli minn membri tal-familja taghhom ; u
(ii) l-intimat ma ghadux jahdem dan ir-raba huwa stess, tant illi wellieh jew issullokah lil terzi persuni, minghajr il-kunsens, uminghajr ma kienu jafu r-rikorrenti .

Huwa maghruf illi sabiex wiehed jirnexxi f'talba simili ghar-ripresa ta' art agrikola biex tinhadem mir-rikorrenti jew xi membru tal-familja tieghu, jenhtieg li jigu sodisfatti tliet rekwiziti, u cioe' illi :
(i) is-sid irid jipprova l-bzonn tieghu ;
(ii) jekk jigi pruvat dan il-bzonn, il-Bord jara jekk id-dhul mir-raba jikkostitwix fonti mportanti ghall-ghixien ta' l-inkwilin, u
(iii) f'kaz affermattiv il-Bord irid imbaghad jizen il-hardship rispettiv tal-partijiet u jara min minnhom jista' jbati l-iktar jekk it-talba tigi accettata nkella rifjutata .

Fil-kaz in ezami r-rikorrenti jghidu li jridu jiehdu lura l-art in kwistjonisabiex jahdmuha bint xebba tar-rikorrenti Spiteri, iben iehor tar-rikorrenti, u t-tifla tar-rikorrenti l-ohra Cassar .

Dwar il-grad ta' bzonn mehtieg fir-rikorrent gie stabilit illi:
“Il-kelma 'requires' fil-kontest li hija uzata fl-art. 4(2) (b) insibuha ukoll uzata fil-ligi tal-Kera, ufil-fehma tal-Bord ghandha jkollha l-istess sinjifikat u interpretazzjoni li gie moghti lil dik il-kelma f'dik il-ligi . Infatti huwa car li l-kelma 'requires' bhal mehtieg fit-test malti, tindika bzonn, mhux semplici xewqa jew preferenza. Ghalhekk hu applikabbli dak li qalet il-Qorti ta' l-Appellf' A. Saliba v. M. Caruana illi: ‘Il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn hu fuq is-sid li jehtieg juri mhux biss li hu qed jagixxi in buona fede, imma anche li hu ghandu bzonn li jirriprendi pussess tal-fond . Certament mhux mehtieg li tigi pruvata necessita' assoluta, izda . jehtieg jigi pruvat grad ragonevoli ta' bzonn' . .”

Il-Bord jilqa' t-talba tar-rikorrenti ghat-terminazzjoni tal-kirjatar-raba ndikata fir-rikors u r-ripresa taghha minghand l-intimati.

L-aggravji ta' l-intimati fl-appell minnhom interpost fil-kontestazzjoni ta' din is-sentenza huma principalment dawn li jsegwu infra:-
(1) Il-Bord naqas milli jevalwa kif jixraq il-provi minnhom imressqa. F'dan l-istesskuntest huma jilmentaw illi l-Bord naqas milli japprezza u jikkunsidra li r-rikorrenti ghandhom proprjeta` ohra ad uzu taghhom, mentri ghal kuntrarju huma ma ghandhom ebda raba' iehor ghal kultivazzjoni ta' hxejjex ghal htigijiet taghhom;
(2) Ir-rikorrenti naqsu milli jippruvaw il-bzonn taghhomjew li dan hu akbar mill-hardship taghhom;
(3) Il-Bord ma agixxiex b'ekwita, imparzjalita` u skond il-principji ta' gustizzja naturali fil-konfront taghhom meta cahdilhom l-estensjoni tat-terminughall-prezentata tan-nota ta' sottomissjonijiet taghhom.

In linea ta' principju generali majidherx li qatt gie disputat illi, avolja kull tribunal ghandu l-fakolta li jirregola l-proceduri quddiemu bil-mod li hu jidhirlu hekk opportun, dan ghandu wkoll in omagg ghar-regoli ta' gustizzja naturali, jassenja lill-partijiet l-opportunita` li taghmel l-osservazzjonijiet taghha.

Fil-kaz in ezami jidher li l- Bord dwar il-Kontroll ta' Kiri ta' Raba' hassu konvint fuq ir-ricerka formativa u l-valutazzjoni tieghu tal-provi u tad-dikjarazzjonijiet maghmula illi kienu jezistu elementi sufficjenti ta' attendibilita` u ta' kredibilita` li setghu jitqiesu idoneji ghall-apprezzament tal-bzonn fil-mertu b'mod li hu seta' jqieghed dawk l-istess elementi a fondament tar-ratio decidendi tieghu fuq dan il-punt. L-appellanti jikkwerelaw dan billi jikkontendu illi l-Bord skarta l-indagini ta' provi ohra sottomessi minnhom, senjatament ir-ricerki kopjuzi minnhom esebiti u hekk illustrattivi tal-fatt li r-rikorrenti ghandhom proprjetajiet ohra ghad-disposizzjoni taghhom.

Ghal finita' l-ezami ta' dik id-difiza mill-affittwarju “mhux bizzejjed li jirrizulta li mir-raba' l-inkwilinidahhal xi qligh jew jiehu xi vantagg. Jehtieg li jigi provat li r-raba' jikkostitwixxi mhux bissmezz ta' ghixien tieghu imma li tali mezz ikun mezz importanti ghal tali ghixien. Importanti ma jfisserx necessarju b'mod assolut, li minghajru l-inkwilin ma jkunx jista' jghix. Pero` d-dhul mir-raba' jrid ikun tali illi jekk l-inkwilin jigi mcahhad minnu, ikun ser ibati sensibilment fil-mezzi tal-ghixien tieghu. Ifisser allura li l-Qorti trid tistabilixxi jekk hux il-kaz li jekk is-sid jigi awtorizzat jirriprendi l-pussess tar-raba', in-nuqqas ta' l-istess raba' jkun ifisser ghall-inkwilin tbatija u sagrificcju li jaffettwa negattivament il-kwalita` tal-hajja tieghu. Dan b'mod sostanzjalianke jekk relattiv u mhux assolut”.

Din il-Qorti ta'l-Appell tichad l-appell lilha sottomess u tikkonferma s-sentenza appellata bl-ispejjez kontra l-intimati appellanti. Ghal skop ta' zgumbrament ta' l-appellanti mir-raba' l-Qorti qed tipprefiggi terminu improrogabbli ta' erba' xhur mil-lum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info