Reference: 109/2007

Judgement Details


Date
04/06/2008
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs BONNICI KARL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI FIL-KAZ TA POLZA TA ASSIGURAZZJONI GHAL TERZI
Summary
L-azzjoni f'kaz ta' akkuza li persuna ma tkunx koperta b'polza tas-sigurta dwar ir-riskji tat-terzitrid tittiehed fit-termini stabbiliti fis-subartikolu (3) tal-artikolu 3 tal-Kap.104:

"Ghadilli f'ligijiet ohra jista' jkun hemm zmien stabbilit li fih ghandhom isiru proceduri quddiem qorti,il-procediment ghal reat taht dan l-artikolu jista' jsir -
a. fi zmien 6 xhur mid-data li fiha jkun sar ir-reat allegat; jew
b. fi zmien li ma jiskorrix la 3 tliet xhur mid-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun giet taf li sar ir-reat u lanqas sena mid-dat li fiha jkun sar ir-reat,
skont liemazmien minnhom ikun l-itwal."

Permezz ta' dan is-subartikolu, il-perjodu preskrittiv skont dak li jipprovdi l-Kap. 9 tal-Ligijiet ta' Malta mhuwiex applikabbli ghall-ksur tad-disposizzjonijiettal-artikolu 3 tal-Kap. 104. Invece ghandhom japplikaw il-perjodi indikati fl-imsemmi subartikolu, liema perjodi ghandhom jitqiesu bhala perjodi ta' dekadenza.

Galadarba l-legislatur ghazel lijaghti zewg alternattivi, ma jistax jigi argumentat li stante li semma perjodu ta' sena allura ghandu japplika dan il-perjodu, altrimenti ma kien ikun hemm l-ebda skop li l-legislatur jaghti zewg alternattivi li jippostulaw sitwazzjonijiet differenti.

Ghalhekk, nonostante l-posizzjoni fejn jinsabu miktuba l-kliem "skont liema zmien minnhom ikun l-itwal", il-Qorti kienet tal-fehma li l-intenzjoni tal-legislatur ma kinitx li din il-frazi tikkwalifika z-zewg alternattivi izda t-tieni alternattiva fil-paragrafu (b).

Fil-kaz odjern il-prosekuzzjoni saret taf bl-incident mhux biss fl-istess gurnata izda istantanjament peress illi kien hemm Pulizija li raw u semghu l-incident u ghalhekk kellha tagixxi immedjatament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info