Referenza: 745/1989/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Partijiet
MANGION PIERRE ET vs MALLIA MARIO NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT; XIRI TA PROPRJETA
Fil-Qosor
L-atturi, waqt li kienu ghadhom gharajjes, ghamlu konvenju ghax-xiri ta' bicca proprjeta` l-Iklin lifuqha l-kumpanija venditrici kellha tibnilhom dar. Wara li tlestiet id-dar in shell form, sar il-kuntratt. Meta sar dan l-att, id-dar kienet mhux biss lesta, izda maghluqa b'hajt li tiffridha mill-proprjeta` ohra ta' l-istess socjeta` venditrici. Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-att, l-atturi skoprew li d-dar, hekk imdawwra b'cint, ma kenitx tokkupa l-kejl kollu ta' l-art indikat fil-kuntratt u gie eskluz feles art li l-kumpanija venditrici in segwitu bieghet lill-konvenuti ahwa Zammit b'kuntratt. L-atturi qed jippretendu li dik il-bicca art hija taghhom u li kwindi l-akkwist li ghamlu l-ahwa Zammit ta' dik il-bicca art huwa null.

L-ewwel Qorti cahdet it-talbiet attrici wara li kkunsidrat li l-area u l-fond kienu ben delineati b'hitan divizorji u fid-data tal-kuntratt id-dar kienet lesta shell form, u li l-atturi xtraw dak il-korp bini u mhux plot ta' certu qies.

L-atturi appellaw u baqghu jsostnu li huma xtraw art ta' kejl partikolari, u ghan-nieqes li qed jokkupaw iridu jigu kkumpensati.

Din il-Qorti ta l-Appell ma tarax li l-atturi rnexxielhom jippruvaw l-allegazzjoni taghhom. Din il-Qorti tara li l-atturi hadu dak li raw u accettaw li jixtru, ukwindi t-talbiet taghhom ma jistghux jintlaqghu. Ghaldaqstant, il-Qorti ta l-Appell tiddisponi mill-appell interpost billi tichad l-istess u tikkonferma s-sentenza ta' l-ewwel Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni