Reference: 34/2007

Judgement Details


Date
29/05/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUSUTTIL CARMELO SIVE CHARLES ET vs GALEA DEBONO DOROTHY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 1 TA L-EWWEL PROTOKOLL TAL-KONVENZJONI EWROPEA
Summary
Permezz tar-rikors odjern ir-rikorrenti qeghdin isostnu li s-sentenzi li naghtaw mill-Qorti ta' l-Appell jilledu d-drittijiet fundamentali taghhom ai termini ta' l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea u ai termini tal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta. Dan qeghdin isostnuhperess li skond huma f'dawn is-sentenzi sar apprezzament hazin ta' klawzola kuntrattwali.

Dinil-Qorti thoss li t-talba tar-rikorrenti ma tistax tigi milqugha ghaliex fil-kaz odjern din il-Qorti ma ghandhiex il-kompetenza li terga tirrevedi l-mertu tal-kaz gia deciz mill-Onorabbli Qorti tal-Appell, ghaliex din il-Qorti ma ghandhiex isservi bhala Qorti tat-Tielet Istanza, b'dan li din il-Qorti ma ghandhiex tintuza sabiex terga' tezamina u taghmel apprezzament mill-gdid tal-provi prodotti,u dan iktar u iktar meta jidher li l-istess Onorabbli Qorti tal-Appell kienet ghamlet dan l-ezami.

Minn ezami ta' l-istess sentenzi ma jirrizultax li hemm xi ksur tal-artikoli ndikati fir-rikors promotorju u lanqas jista' jinghad li kien hemm xi interpretazzjoni hazina ta' xi klawzola kuntrattwali. Infatti l-Onorabbli Qorti ta' l-Appell ezaminat l-artikoli kollha li l-attur irrefera ghalihom bhala bazi ghall-azzjoni tieghu u ezaminat bir-reqqa jekk dak li kien qed isostni l-attur kienx jinkwadra taht xi artikolu jew artikoli minnhom.

Din il-Qorti hija sodisfatta li l-Qrati ghamluapprezzament skond il-ligi tal-klawzola kuntrattwali in kwistjoni ladarba jirrizulta li fl-ezercizzju tal-istess gudizzjoni u fl-ghoti tas-sentenzi msemmija ma kien hemm ebda ksur tal-Artikolu 1 ta'l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea u l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u b'hekk it-talbiet tar-rikorrenti qed jigu michuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info