Reference: 255/2005/1

Judgement Details


Date
23/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUSUTTIL ANTHONY ET vs ABELA JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ZGUMBRAMENT
Summary
F'dan il-kaz il-konvenut kera garaxx u l-kirja kienet tiggedded min sena ghal sena. Fil-bidu tas-sena 2003 l-awtrici ta' l-atturi infurmat lill-konvenut li ma kinetx ser terga iggedidlu l-kera s-senata' wara. Dan huwa wkoll ikkonfermat b' ittra ufficjali lill-konvenut fejn l-awtrici talbet lill-konvenut jizgombra minn dan il-garaxx. Il-konvenut da parti tieghu jghid li l-awtrici ta' l-atturikienet qaltlu sabiex johrog minn dan il-fond fil-bidu tas-sena 2004.

L-Ewwel Qorti laqghet it-talbiet attrici u ddikjarat li l-konvenut qieghed jiddetjeni l-fond imsemmi fl-avviz minghajr titolu validu skond il-ligi u ghal fini ta' zgumbrament, taghti lill-konvenut terminu qasir u perentorjuta' 21 gurnata sabiex jizgombra mill-istess u jirritorna lura c-cavetta lill-atturi.

Bl-appell tieghu minn din is-sentenza l-konvenut jikkwerela r-ragonament ta' l-Ewwel Qorti fuq zewg livelli, u cjoe:-
(i) bhala punt ta' dritt, l-ittra ufficcjali tat-13 ta' Jannar, 2004 ma tinkwadrax ruhha fil-parametri ta' l-Artikolu 1568 tal-Kodici Civili;
(ii) bhala punt ta' apprezzament ta' fatt, l-ewwelnett, il-kuntratt ta' bejgh tal-fond lill-atturi attwali ma jirreferi ghall-ebda avviz precedenti ghal dak tal-precitata ittra ufficcjali. Fit-tieni lok, ghaliex ix-xhieda ta' l- awtrici ta' l-atturi, ma kellhiex tigi akkordata l-affidament li taghtha l-Ewwel Qorti.

In mankanza ta' terminu espress wara s-sena originali tal-kirja, operat ruhha r-rilokazzjoni tacita tal-garage bis-sahha ta' l-Artikolu 1536 tal-Kodici Civili, ossija taht l-istess kondizzjonijiet u bl-istess jeddijiet u obbligi b' dan li z-zmien meqjus u kif stabbilit fl-Artikolu 1532 ta' l-istess Kodici. Jigifieri, trattasi ta' bini, ghal zmien ta' sena, una volta l-kirja kienet wahda pattwita tant fis-sena.F'eghluq it-terminu prezunt jekk ma jinghatax avviz ta' terminazzjoni mil-lokatur lill-inkwilin, jew minn dan lil dak, li ghalih fil-kaz prezenti hu bizzejjed xahar stante iz-zmien prezunt ta' sena,il-kirja ma tispiccax imma tibqa' tkompli tigi prorogata ghal terminu iehor ta' sena. Dan kif indott mill-Artikolu 1568 tal-Kodici Civili.

L-appellanti jissottometti illi f'dan il-kaz il-preavviz ta' xahar li kellu jinghatalu skond l-Artikolu 1568 ma giex rispettat. Pero l-Artikolu 1568 jippresupponi l-kontinwazzjoni tal-kirja l-antika, dak il-kongedo precedentement moghti bl-ittra ufficcjali, kombinat mar-rifjut tal-kera, kellu certament iservi bhala avviz ta' terminazzjoni sufficcjenti ghall-iskadenza ta' l-1 ta' Jannar, 2005.

Din il-Qorti ta' l-Appell irreteniet illi avolja ma kienx jiswa ghal lokazzjoni korrenti, kien, xorta wahda, igorr l-effett tieghu ghal lokazzjoni sussegwenti u ma kienx hemm il-htiega ta' avviz gdid ta' terminazzjoni. Il-fatt li l-kuntratt tal-bejgh tal-garage lill-atturi ma jsemmix espressis il-kongedo verbali li jinghad mix-xhieda Maria Carmela Mifsud li nghata fl-2003, dan ma jfisserx li dak il-kongedo effettivament ma nghatax jew l-inattendibilita dwaru ghandha tivverbera kontra l-atturi appellati.

Ghaldaqstant, l-appell qedjigi michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra l-konvenut appellanti. It-terminu prefiss mill-Ewwel Qorti ghal skop ta' zgumbrament mill-konvenut tal-fond jibda jghaddi minn tmiem din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info