Reference: 1068/1996/1

Judgement Details


Date
19/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
WOODALL MARGARET vs RAPA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN ECCEZZJONI LI TATTAKKA L-VALIDITA` TA` SELF U ECCEZZJONI FIS-SENS LI L-AMMONT GIE DONAT - KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - KUNTRATT, KONKUBINAT - PROVA, META JKUN HEMM KONFLITT DWAR JEKK FLUS IKUNU GEW MGODDIJA TAHT TITOLU ONERUZ JEW GRATUWITU - SELECTA UNA VIA NON DATUR RECURSUS AD ALTERAM
Summary
Minn dejjem issir id-distinzjoni bejn dak illi jinghata mill-konkubin jew konkubina bhala konsiderazzjoni diretta ta u ghal dik il-konvivenza u dak li jinghata b'titolu naxxenti minn relazzjoni kuntrattwali li tikkreja bejniethom obbligi u jeddijiet reciproci liema relazzjoni setghet titqies li kellha ezistenza indipendenti u awtonoma fir-relazzjoni ta' bejniethom. Filwaqt li l-obbligazzjonijietta` l-ewwel kategorija jitqiesu li huma ivvizzjati minn kawza illecita, tal-ahhar jitqiesu li huma validi. Dak li hu mportanti huwa jekk il-kawza tal-ghoti tal-flus jew tal-oggetti, jkunu meta jkunu moghtija, jkollhiex jew le rapport dirett mal-konkubinat jew ahjar jekk il-konkubinat kienx il-kawzata' obbligazzjoni li hi nulla bhala illecita.

Eccezzjoni dwar legalita` ta` self ta` flus hija inkonsistenti ma eccezzjoni ohra li l-ammont in kwistjoni kien gie donat.

F'sitwazzjonijiet fejn ikun ammess illi l-flus ikunu gew mghoddija taht xi titolu lill-konvenut u fejn ikun hemm kunflitt dwar taht liema titolu jkunu gew hekk trasferiti, multo magis meta l-konflitt ikun dwar jekk it-titolu jkunx wiehed onoruz ossija gratuwitu, kull dubbju fl-interpretazzjoni tal-provi kellu jmurfavur min ikun effettivament avanza l-flus. Dana fis-sens illi kellha tigi favorita l-interpretazzjoni li kienet inqas gravuza ghalih. F'dan il-kaz hu manifest illi wiehed kellu allura jtendi lejn il-prova tas-self u mhux lejn il-prova tal-liberalita' tramite donazzjoni. Titolu ta' trasferiment dan li kien jirrikjedi prova ferm aktar rigoruza u certa minn dik rikjesta fil-kaz tat-titolu ta' self.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info