Reference: 35/2007

Judgement Details


Date
09/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FOGG INSURANCE AGENCIES LIMITED NOE vs FORMOSA STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI; INCIDENT TAT-TRAFFIKU
Summary
Il-Qrati taghna rritenew li l-principju regolatur in materja ta' skidding ma jistax ikun hlief dan:"li skid wahedha ma hijiex la prova ta' negligenza, u lanqas skriminanti - hemm bzonn li jigi indagat jekk kienx hemm negligenza antecedenti jew konkomitanti. Jekk negligenza simili tirrizulta, allurahemm ir-responsabbilta` l-istess, nonostanti l-iskid, jekk ma tirrizultax, allura l-iskid hija 'a good defence' ghax tkun 'inevitable accident'." L-iskuza ta' skid bhala difiza tista' tintuza a favurtad-difiza jekk ma jkunx hemm imputabbli lejh xi nuqqas iehor.

Tenut kont tal-konsiderazzjonijiet, l-Arbitru fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg ikkonkluda illi l-incident sehh principalment in vista tal-fatt illi l-vettura ta' Formosa skiddjat izda kienet anke kkawzata sekondarjament mill-fattilli Spiteri naqas milli jzomm distanza adegwata biex jassikura sewqan bil-galbu. Dana jfisser illifilwaqt illi t-tort principali ta' l-incident ghandu jigi attribwit lil Formosa, Spiteri ghandu jbaghti parti mir-responsabbilta` ta' l-incident, stante illi bin-nuqqas tieghu, ikkontribwixxa ghall-incident ukoll. Ghalhekk gie deciz illi Stephen Formosa huwa responsabbli ghall-75% ta' l-incident, filwaqt illi Christopher Spiteri huwa responsabbli ghall-25%.

L-appell tar-rikorrenti StephenFormosa jikkonsisti principalment fl-aggravju illi l-Arbitru ghamel interpretazzjoni hazina tal-provi u, konsegwentement, ukoll, ghamel applikazzjoni errata tal-principji tad-dritt ghal dawn l-istessprovi.

Din il-Qorti ma tistax terga' tiskrutinja l-fatti, kif hekk pretiz mill-appellanti, ghaliex l-unika censura konsentita lilu hi wahda limitata, fil-fazi “rescindente” tal-gudizzju, ghall-verifika tal-punt ta' ligi. F' kazijiet ta' din ix-xorta, l-appellanti kellu juri u jiddemostra ghas-sodisfazzjoni ta' din il-Qorti illi fuq il-provi fattwali accertati kien hemm nuqqas serju u korrett ta' l-osservanza u ta' l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt. Kien jikkompeti lilu wkoll a normata' l-Artikolu 70B (1) li jidentifika l-punt ta' ligi li jassumi li gie vjolat. Dan, l-appellant m'ghamlux. Ghaldaqstant, din il-Qorti qed tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta' din il-procedura kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info