Reference: 510/1971/3

Judgement Details


Date
02/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
BARBARA EMANUELE ET vs BUGEJA SALVINO NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI; ZBALL FL-APPLIKAZZJONI TAL-LIGI
Summary
Ir-ritrattandi qed jallegaw li din il-Qorti ma kellha qatt tibbaza d-decizjoni taghha fuq l-Artikolu1033 tal-Kodici Civili, u lanqas ma kellha tapplika l-preskrizzjoni ta' sentejn kontemplat fl-Artikolu 2153 ta' l-istess Kodici Civili, u dana peress li l-kawza ma kinetx imsejsa fuq talba ghad-danni, izda kawza dikjaratorja ta' ghemil amministrattiv ezercitat, skond huma, “grossolament zbaljat u manifestament ingust, ultra vires u konsegwentement nulla”.

Din il-Qorti, fis-sentenza attakkata, mill-ewwel fehmet li l-kaz kien wiehed ta' stharrig ta' ghemil amministrattiv, kwindi fehmet sewx'kienet il-kwistjoni li kellha tistharreg, u wara li ghamlet analizi tas-sitwazzjoni sabet li l-materja hi regolata bl-Artikolu 1033 tal-Kodici Civili, li jobbliga lil dak li jkun ghall-hlas tal-hsara li tigri jekk “jikser xi dmir impost mil-ligi”.

L-applikazzjoni o meno ta' l-artikolu tal-ligi in kwistjoni kienet rizultat ta' interpretazzjoni u analizi li ghamlet din il-Qorti tal-ligiu tac-cirkustanzi tal-kaz, u dan hu komportament insindikabbli fl-istadju ta' ritrattazzjoni.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talba ta' l-atturi ritrattandi ghat-thassir tas-sentenza moghtija minn din il-Qorti fit-12 ta' Jannar, 2007.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info