Referenza: 18/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CAMILLERI BUONAVENTURA (SIVE BENNY) ET vs CUTAJAR GODWIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; PARTIJIET KOMUNI F KORP TA BINI
Fil-Qosor
Bonaventura sive Benny u martu Mary Grace Camilleri pprezentaw avviz ta' arbitragg u talbu li arbitru jiddeciedi dwar "ordni sabiex jigu mnehhija l-extractor unit, impjant ta' l-arja kondizzjonata, accessorji ta' l-istess u tankijet ta' l-ilma mqeghda ilkoll fuq il-partijiet komuni tal-condominium mill-intimat Godwin Cutajar, liema oggetti jservu proprjeta estranja ghall-condominium. Godwin Cutajar irrisponda li l-extractor unit, impjanti ta' arja kundizzjonata u accessorji twahhlu fil-partijietkomuni tal-kondominju 'l fuq minn ghoxrin sena ilu bil-permess tas-sidien originali tal-block u bl-awtorizzazzjoni ta' l-amministraturi tal-block matul is-snin. Ghalhekk id-dritt tar-rikorrenti li jipprocedu ghat-tnehhija taghhom huwa preskritt. Dr. Geraldine Spiteri, bhala amministratura tal-kondominju, ppresentat kontro-talba fejn talbet li l-konjugi Camilleri jigu ordnati jhallsu s-sehem taghhom ta' l-ispejjez li saru fil-condominium.

L-ewwel arbitru ddecediet li l-arbitru ma ghanduxgurisdizzjoni li jisma' la t-talba tar-rikorrenti u lanqas il-kontro-talba ai termini tal-Kap 398. Sar Appell minn din id-decisjoni. Il-Qorti ta' l-Appell (Kompetenza Inferjuri) ddecediet li t-talba kif promossa, kompriz il-kontro-talba, jinvolvu kwistjonijiet li jirrientraw fil-gurisdizzjoni ta' l-Arbitru, kif prospettat taht il-Kapitolu 398. Ghaldaqstant, l-artbitru sema' l-kaz u cahad it-talbatal-konjugi Camilleri sabiex jigu mnehhija l-extractor unit, impjanti ta' l-arja kondizzjonata, accessorji ta' l-istess u tankijiet ta' l-ilma u ordna lil konjugi Camilleri sabiex ihallsu Lm172.82 kifmitlub minn Dr. Geraldine Spiteri.

L-appell tar-rikorrenti konjugi Camilleri hu artikolat fuq l-obbjezzjoni illi l-Arbitru interpreta zbaljatament il-fatti u ghamel interpretazzjoni errata ta'l-ipotesi tal-ligi.

Ghall-applikabilita` ta' l-Att dwar il-Condominia (Kapitolu 398) iridjirrizulta illi l-kwestjoni kontestata tivverti fuq il-proprjeta` jew l-uzu jew it-tgawdija pro indiviso ta' partijiet komuni f' korp ta' bini. Il-kondominju f' bini jew grupp ta' bini jrid jkun karatterizzat mill-ko-ezistenza, flimkien mal-proprjeta` ta' l-unit jew appartament singolari, ta' komunjoni forzuza tal-komdomini kollha ta' dawk l-elementi komuni tal-korp ta' bini li l-uzu taghhom hu hekk necessarju ghall-fini tal-godiment tas-singolu appartament jew unit.

Skond l-Att dwar l-Arbitragg (Kapitolu 378), l-appell lil din il-Qorti hu wiehed ristrett ghall-punt ta' ligi li jitnissel minn decizjoni finali. Fejn dan il-punt ta' ligi ma jkunx jezisti, din il-Qorti hi prekluza milli tissindika l-apprezzament tal-provi fattwali maghmula mill-Arbitru.

F'dan il-kaz, in bazi ghall-indagini valutativa tieghu, l-Arbitru kkonstata illi mill-istess att ta' akkwist ta' l-appellanti, ir-“roof” tal-korp ta' bini ma setax kien komdominjali. Dan kemm ghaliex dan ma kienx jissemmafost il-“common parts” fil-kuntratt, kemm ghaliex, se mai, l-appellanti kellhom biss “a divided part” tieghu. Eskluz ukoll mill-Arbitru illi l-appellanti kienu, jew kellhom xi sehem, mill-proprjeta`tal-washroom numru hamsa, huwa ghadda biex jiddeduci illi l-appellanti lanqas kellhom interess guridiku biex jippromwovu dik it-talba taghhom ghar-raguni illi l-installazzjonijiet ma kienux jinsabu f'parti tal-bini li tista' tikkwalifika bhala komuni.

Il-kwestjoni ta' fatt ma gietx maqtugha in bazi ghall-enuncjazzjoni ta' dawk il-provvedimenti jew ta' xi interpretazzjoni zbaljata taghhom, u la dan huwa hekk, din il-Qorti ta'l-Appell ma tistax tirrevedi l-apprezzament ta' fatt hekk maghmul. Ghaldaqstant, l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata kkonfermata, bl-ispejjez kontra r-rikorrenti appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni