Referenza: 1587/2004/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BEZZINA ALEXANDER PERIT ET NOE vs ZAMMIT SANDRO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HLAS TA PERIT
Fil-Qosor
It-Tribunal jemmen illi in mankanza ta' ftehim ad hoc dwar il-hlas li talvolta jkun dovut lill-perit, ghandha tapplika t-tariffa li tirregola l-professjoni tal-periti arkitetti.It-Tribunal ghalhekk ihoss illi jkun barra minn loku li jigi kompensat aktar jew izjed minn hekk u ghaldaqstant dak li hu dovut lill-attur f'dan il-kaz huwa dak previst fit-tariffa u cioe' 7% ta' l-ispiza fejn l-ispiza teccedi l-Lm500, izda ma jeccedix l-Lm1000.

L-atturi jappella l-evalwazzjoni tal-fatti maghmulamit-Tribunal u jikkritikaw il-mod tad-determinazzjoni mit-Tribunal tal-kap ta' l-ispejjez.

Mill-punto di vista purament ta' dritt, il-figura guridika li tohrog mir-rapport bejn il-partijiet hidik ta' locatio operis, kif definita fl-Artikolu 1623 (1) tal-Kodici Civili, fejn il-parti l-wahdatintrabat li taghmel xi haga ghall-parti l-ohra, bi hlas li din tintrabat li taghtiha. Fl-assenza ta' ftehim preventiv, il-hlas jigi stabbilit b' ligi jew b' uzu jew mit-tribunal bi stima ta' perit jew ukoll minghajrha, skond ic-cirkustanzi. F' kaz ta' kontroversja relattiva ghall-korrispettiv spettanti lill-provveditur ghal xoghol professjonali, ir-retribuzzjoni dovuta, fil-kaz dejjem li din mhix stabbilita bi ftehim, trid tkun kommizurata ghar-rizultat.

Dan premess, fuq il-bazi ta' l-apprezzament taghha ta' l-elementi probatorji l-aktar sinjifikattivi, din il-Qorti, bhat-Tribunal, hi tal-fehma illi ma tezisti ebda indikazzjoni pressanti u ta' htiega illi ghax-xoghol professjonalita' l-alterazzjonijiet rikjesti mill-konvenut fil-fond tieghu kellu jkun ragonevolment mistenni illis-servizz jinkludi t-tfassil ex novo ta' pjanti jew ta' applikazzjoni ghal “full development permit”.

Hu minnu li min jippresta l-opra jew is-servizz tieghu lil haddiehor ghandu jigi retribwit. Daqstant iehor, pero, ma jidherx li hu legittimat illi hu jippretendi kumpens aktar oghli sempliciment ghaliex hu deherlu li kellu jaghmel xoghol addizzjonali aktar minn dak akkonsentit jew aspettat mill-kommittent li inkarigah.

Ghaldaqstant din il-Qorti qed tichad l-appell, b' dan pero` li s-sentenza qed tigi parzjalment riformata fis-sens illi ma' l-ammont likwidat bhala kumpens mit-Tribunal jigi mizjud il-Vat korrispondenti. Mill-kumplament, is-sentenza qed tigi kkonfermata.L-ispejjez ta' dan l-appell jibqghu a karigu ta' l-atturi appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni