Reference: 64/2007

Judgement Details


Date
25/04/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CASSAR JANICE vs DEGUARA SIMON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG; LIEMA QORTI GHANDHA TIDDECIEDI L-VALIDITA O MENO TA ZWIEG
Summary
Jekk partijiet jkunu ghazlu li jiccellebraw zwieg bir-rit kattoliku wara l-1995, huma jkunu issottomettew ruhhom ghal kompetenza tat-Tribunal Ekklesjastiku f`kaz li tinqala` kwistjoni dwar il-validita` o meno taz-zwieg. Peress li l-ligi in kwistjoni tolqot biss zwigijiet li jsiru wara d-dhul fis-sehh tieghu, kull parti li tizzewweg wara l-1995 taf li jekk tizzewweg bir-rit kattoliku, hi tkun qedtaghmel dik is-sottomissjoni. Din il-kompetenza kwazi-esklussiva tat-Tribunal Ekklesjastiku tista`,pero`, titwarrab bi qbil bejn iz-zewg partijiet, meta jaqblu li jissottomettu t-talba taghhom ghall-gurisdizzjoni tal-qrati civili u jwarbu dik tat-Tribunal Ekklesjastiku.

Dan ir-regolament mhux mibni fuq il-fidi tal-partijiet, izda fuq ghazla libera li huma jaghmlu li jizzewgu bir-rit kattoliku. Ladarba saret din l-ghazla, u b`hekk il-partijiet ikunu ghazlu t-Tribunal Ekklesjastiku bhalal-forum kompetenti li tistharreg il-validita` o meno taz-zwieg taghhom jekk jinqala` l-kaz, parti wahda ma tistax unilateralment tikser dak l-arrangament u tfittex post iehor fejn tressaq il-lanjanzitaghha. Jekk parti tkun intrabtet b`patt jew konvenzjoni li kwistjoni kellha titressaq quddiem qorti jew tribunal partikolari, dik ir-rabta ma setghetx tintesa jew titwarrab jekk mhux bi qbil bejn kulhadd.

Ir-rikorrenti dahlet in operazzjoni l-provedimenti tal- Artikolu 30 tal-Att dwar iz-Zwieg meta invokat il-gurisdizzjoni tat-Tribunal Ekklesjastiku bit-talba li ghamlet f`dik it-Tribunal ghad-dikjarazzjoni ta` invalidita` taz-zwieg taghha. Zewgha ma oggezzjonax li l-kaz jinstema` minn dawn il-Qrati, u kieku r-rikorrenti ma resqitx talba quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku, u resqet biss il-kaz taghha quddiem dawn il-Qrati, ma kienx ikun hemm problema biex dawn il-Qrati jkomplu jisimghu l-kaz. Kienet, ir-rikorrenti li, bit-talba li ghamlet quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku , invokat l-“exclusive jurisdiction clause” li kienu ftehmu fuqu fid-data taz-zwieg taghha ma` Simon Deguara, u ma tistax issa tilmenta li m`ghandhiex “access to a court”.

Ghaldaqstant din il-Qortitichad l-ilment tar-rikorrent li l-Artikolu 30 tal-Att dwar iz-Zwieg imur kontra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni ta` Malta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info