Reference: 310/2002/1

Judgement Details


Date
09/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
UNTOURS INSURANCE AGENCY LTD NOE ET vs MICALLEF JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
F' materja ta' incidenti stradali ma jezistu ebda assolutizmi. Fir-rikostruzzjoni tad-dinamika ta' incident u l-aktar dak tar-ricerka tal-kawza prossima ta' l-iskontru, hu dejjem mistenni li wiehed jikkonsidra, fil-kumpless, ic-cirkostanzi l-ohra kollha tal-mument ghax dawn, akkoppjat ma' dak il-fattur l-iehor singolat, jistghu jghinu biex jigi determinat jekk is-sewwieqa involuti ottemperawx ruhhom ma' l-osservanzi tas-sewqan garbat u tal-prudenza komuni.

Hu, imbaghad, principju procedurali ben assodat fil-gurisprudenza illi meta l-Qorti ta' l-Ewwel grad tkun uzat id-diskrezzjoni taghha fl-allokazzjoni tad-dannu a karigu ta' xi wiehed mill-konducenti, jew, anke, tat-tnejn, din il-Qorti ta' revizjoni, bhala regola, ma tiddisturbax dik id-diskrezzjoni, ammenokke ma jkunx jidher car illi jezistu motivi ta' certa gravita.

Mill-posizzjoni assunta miz-zewg sewwieqa l-htija ghall-iskontru ghandha tigi akkollata wiehed lill-iehor. Billi hi dejjem kwestjoni ta' fatt min verament kien il-kagun tad-dannu, il-Qorti riedet tezamina jekk il-wiehed jew l-iehor kellhomx iwiegbu ghall-hsarat jew ghandhomx jinzammu responsabbli t-tnejn li huma. F' dan l-ahhar kaz, imbaghad, f' liema proporzjon ghandha tigi spartita l-hsara.

Bhall-Ewwel Qorti, hi wkoll il-fehma radikata ta'din il-Qorti ta'l-Appell illi ghall-incident ghandu jwiegeb esklussivament is-sewwieq Jonathan Bonello. Ghaldaqstant l-appell gie michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-atturi appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info