eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 199/1998/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
05/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
MALTACOM P.L.C. vs VELLA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MALTACOM P.L.C. vs VELLA EMANUEL - 199/1998/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
NOTIFIKA, BIL-POSTA - NOTIFIKA, EFFETTI TA` NUQQASIJIET FIR-RIFERTA - NOTIFIKA, MAGHMULA DIRETTAMENT MINN UFFICJAL INKARIGAT - NOTIFIKA, SKOP TAR-RIFERTA - NOTIFIKA, VALIDITA` TA`
Fil-Qosor
Ir-riferta hi d-dikjarazzjoni maghmula mill-ufficjal inkarigat biex tissodisfa lill-Qorti dwar il-verifika tal-fatt illi l-att ikun gie jew ma giex notifikat skond kif l-ufficjal ezekutur ikun direttu wkoll biex tigi accertata l-identita' tal-persuna li f'idejha tkun giet fdata l-kopja tal-att li kellu jigi notifikat.
Dawn ir-rekwiziti jimponu fuq l-ufficjal ezekutur l-oneru ta' liema dettalji kellu jassigura li jkun fiha r-riferta biex il-Qorti tkun f'posizzjoni tasal ghall-gudizzju illi n-notifika tkun verament saret. Dan kjarament ma jfissirx illi jekk ikun hemm xi wahda minn dawn ir-rekwiziti nieqsa volutament jew ghax l-informazzjoni ma tkunx facilment accessibbli lill-ufficjal ezekutur, in-notifika nfisha tkun invalida u bla effett fil-ligi. Il-fatt li l-att ikun gie ricevut minn persuna notificanda skond il-ligi seta' jigi stabbilit b'mod iehor, anke indipendentament,mill-kontenut tar-riferta. Mill-banda l-ohra pero' l-ufficjal ezekutur inkarigat minn notifika kienobbligat illi josserva bi precizzjoni d-dettami tal-ligi. Kellu jassigura ruhu illi d-dettalji kollha msemmija fis-subinciz 1 tal-Artikolu 188 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta ikunu ndikati fir-riferta li hu jaghmel lill-Qorti. Dettalji li fil-verita' huma kollha inkorporati fit-timbru ufficjali li hu kien imsejjah biex jimla fiz-zmien statutorju indikat f'dan is-subinciz u dana kif preskrittmir-registratur ai termini tas-subinciz 2 tal-istess artikolu.
Ghalhekk hija skorretta s-sottomissjoni illi n-nuqqas ta' dettalji rikjesti mil-ligi fir-riferta tan-notifika kienu necessarjament jinvalidaw in-notifika - il-validita' effettiva tan-notifika kienet tiddependi biss minn jekk ikunux gew osservati d-dettami tal-Artikolu 187 u artikoli ohra relatati li jistabbilixxi kif kellhomisiru n-notifiki - kien dover tal-ufficjal inkarigat minn notifika illi isegwi dak li kienet espressament tiddisponi l-ligi fl-Artikolu 188 (1) mhux biss biex sewwa jkun qieghed jaqdi d-doveri tieghuimma wkoll ghax altrimenti seta' fin-nuqqas tieghu jippregudika d-drittijiet tal-partijiet in lite.
Barra minn hekk is-subinciz 1 tal-Artikolu 188 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta strettamentma japplikax ghall-kaz fejn in-notifika ssir permezz tal-procedura tal-posta imma kienet tapplika qabel xejn fil-kaz fejn l-ufficjal inkarigat ikun personalment dirett biex jaghmel in-notifika tal-att u fejn kien allura hu personalment responsabbli biex jirrelata lill-Qorti l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-operat tieghu biex isegwi d-direttivi lilu moghtija biex jassigura n-notifika tal-att. Jekk il-process tan-notifika twettqet permezz tal-procedura tal-posta, dan ikun regolat mis-subinciz 8 tal-Artikolu 187 li jghid illi "bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 193 in-notifikijistghu wkoll isiru minn ufficjali tal-posta b'dak il-mod u skond dawk ir-regoli ikunu konformi bir-regolamenti postali skond kif il-Ministru responsabbli ghall-Gustizzja jista' jordna f'avviz fil-Gazzetta".
Skond dawk ir-regolamenti, ufficjal tal-posta kien obbligat li, una volta jikkonsenja l-ittra registrata mibghuta mir-Registratur tal-Qrati, illi jimla l-pink card li l-original taghha fil-kaz taht ezami gie esebit f'dawn l-atti u jikkonsenjaha lill-ufficjali inkarigati tal-Qorti likellhom jaghmlu fil-process ir-riferta tan-notifika li tkun tirrifletti l-operat tal-konsenja tal-ittra registrata fl-indirizz indikat mill-mittent.
Il-konsiderazzjonijiet fir-rigward ta' deficjenzi fir-riferta tal-ufficjal inkarigat minn notifika, meta din jaghmilha personalment, fuq espressi japplikaw mutatis mutandis fil-kaz ta' difetti fil-pink card tal-ufficjal tal-posta. Dana fis-sens illi d-deficjenzi fil-mod li tkun mimlija l-pink card mill-ufficjali tal-posta mhux necessarjament kellhom iwasslu ghall-irritwalita' tan-notifika.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta