Referenza: 758/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/11/2001
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
TAT-TALJAN COMPANY LTD vs AWTORITA TA' L-IPPJANAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI
Fil-Qosor
(a) Meta huwa car li hemm mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex ikollu rimedju ghad-dannuli qed jillamenta, bhala principju generali dawn ghandhom jigu adoperati u r-rikors ghall-organi gudizzjarji ta' natura kostituzzjonali, ghandu jsir wara li l-ordinarji jigu ezawriti jew meta ma humiex disponibbli.

(b) Il-Qorti Kostituzzjonali sakemm ma jirrizultawliex ragunijiet serji u gravi ta' illegalita' jew ta' ingustizja jew ta' zball manifest, ma tiddisturbax l-ezercizzju ta' diskrezzjonalita' ta' l-Ewwel Qorti konferita fl-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni.

(c) Kull kaz ghandu l-fatti specje partikolari tieghu.

(d) Meta r-rikorrent ma jkunx ghamel uzu minn rimedjuli seta' kellu, dan ma jfissirx li l-Qorti ghandha tikkonsidra li ma ghandhiex tezercita l-gurisdizzjoni taghha jekk dak il-possibbli rimedju ma kienx pero' ser jirrimedja hlief in parti l-lanjanzi tar-rikorrent.

(e) Meta r-rikorrent ma jkunx ezawrixxa r-rimedji ordinarji, jekk pero' dan in-nuqqas ikun ikkontribwixxa ghalih bl-operat ta' haddiehor, allura ma jkunx desiderabbli li l-Qorti tieqaf u ma tipprocedix bit-trattazzjoni tal-kaz.

(f) Meta l-Ewwel Qorti tezercita d-diskrezzjoni taghha u tieqaf mit-trattazzjoni minghajr ma tezamina l-materja necessarja li fuqha dik id-diskrezzjoni ghandha tigi ezercitata, il-Qorti tat-tieni grad ghandha twarrab dik id-diskrezzjoni.

Kwistjonijiet dwar interpretazzjoni u applikazzjoni ta` ligi u kwistjonijiet dwar allegat agir ultra vires ta` entita` pubblika jaqghu taht il-gurisdizzjoni tal-Qrati Ordinarji.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni