Referenza: 821/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/11/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
ELMO INSURANCE SERVICES NOE vs MICALLEF GLENN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA
Fil-Qosor
Ir-regoli fondamentali ghall-kaz klassiku ta' habta bejn main road user u side road user jitfghu il-piz principali tal-prova biex jiskolpa ruhu fuq is-side road user li kien obbligat jaghti d-dritta lil main road user. Obbligu li johloq kwazi presunzjoni ta' htija fuq is-side road user li kienet timponi fuqu l-oneru tal-prova tac-cirkostanzi eccezzjonali illi kienu jiggustifikawh li hareg mis-side road ghal fuq il-main road bil-mod li hareg u fil-mument li hareg. Altrimenti r-regoli tas-sewqan kienu jesigu illi main road user kellu d-dritta tat-triq u kellu kull jedd illi jippretendi illi ma jigix infixkel fi triqtu minn traffiku iehor gej mit-toroq laterali minuri.

Sewwieq li jkunhiereg minn go side road ghandu l-obbligu illi jieqaf ghal kollox biex jesplora t-triq qabel ma jazzarda jirfes fuq il-main road. Huwa obbligat jesplora t-triq principali u t-tul kollu taghha fuq iz-zewg nahat. Ghandu jassigura ruhu illi ma jkun hemm l-ebda traffiku f'dik it-triq principali, gejmiz-zewg direzzjonijiet, u dana qabel ma jazzarda jirfes fuq it-triq principali. Dan ghaliex kellul-obbligu li bl-ebda mod ma jfixkel lil dak it-traffiku.

Hu stabbilit ormai illi l-fatt biss illi wiehed jinzerta jkun fuq in-naha l-hazina tat-triq mhux element determinanti ghall-htija. L-utent tat-triq kellu infatti l-possibilita' li juza l-karreggjata kollha sakemm ikun jista' jaghmeldan minghajr hsara ghalih innifsu u ghal traffiku iehor. Ma hemm xejn kontra r-regolamenti illi sewwieq ikun parkeggjat fuq in-naha hekk imsejha l-hazina tat-triq. Lanqas huwa impedut illi johrog mill-posizzjoni ta' parkegg u jittraversa it-triq biex ikompli isuq fid-direzzjoni lejn fejn kien qedihares.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni