Referenza: 308/1984/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
BUGEJA JOSEPHINE vs BUGEJA CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCESSJONI, BUONA FEDE - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - SERVITU`, KREAZZJONI PERMEZZ TAL-PRESKRIZZJONI AKKWIZITTIVA - SERVITU`, RINUNZJA GHAL
Fil-Qosor
Huwa minnu li meta jkun hemm pussess ta' servitu' kontra l-jedd tas-sid, u s-sid jibqa' ma jaghmilxoppozizzjoni, dak il-pussess jista' jimmatura f'jedd miksub bil-process tal-preskrizzjoni akkwisittiva; izda l-preskrizzjoni trid il-moghdija ta' zmien. Madanakollu n-nuqqas ta` opposizzjoni, di per se, ma jammontax ghal rinunzja ta` xi drittijiet kemm-il darba ma jkunx ghadu ddekorra z-zmien ghall-preskrizzjoni akkwisittiva.

Kwalsijasi rinunzja ghal dritt jew kunsens tacitu jridu jkunu cari, univoci, diretti bla dubbju lejn is-servitujiet pretizi b'mod li ma tithalla l-ebda ambivalenza dwar l-intenzjoni tas-sid tal-fond servjenti li jissaporti l-piz kreat fuq il-proprieta' tieghu tramite l-imposizzjoni ta' l-istess servitu. Ir-rinunzja ghal servitu apparenti ma tistax tkun tacita.

Ir-rinunzji huma di stretto diritto meta ma humiex espressi u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament irrikonciljabbli mal-volonta' tal-konservazzjoni tad-dritt u li juru l-volonta' precizatar-rinunzja. Ir-rinunzja ghalhekk trid tkun cara w esplicita' b'mod li jekk il-kliem uzat ikun ekwivoku r-rinunzja ghandha tigi eskluza.

Ma jista` jkun hemm ebda accessjoni fin-nuqqas ta` buona fede da parti ta` min jaghmel l-okkupazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni