Reference: 129/1998/1

Judgement Details


Date
26/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CAMILLERI PAUL vs BORG JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GARAGE JIKKOMPRENDI MAHZEN GHALL-UZU KUMMERCJALI
Summary
Din il-Qorti tibda' biex tafferma li hija l-prassi ormai stabbilita taghha li sakemm ma jkunux jezistu raguni jew ragunjiet li juru u jiddettaw xort'ohra, hija kemm jista' jkun ma tiddisturbax dik l-evalwazzjoni tal-provi prodotti u mismugha mill-Bord li Jirregola l-Kera, u li allura jkun fl-ahjar qaghda li jgharbel u jevalwa l-istess provi. Dan maghdud, il-Qorti dejjem tirrevedi l-provi akkwiziti darba li l-aggravji jikkoncernaw l-istess provi.

Fir-rikors promotorju l-premessa ewlenijatal-appellant kienet li l-fond de quo kien jinsab b'kera ghand l-appellat bhala “garaxx” u li l-inkwilin biddel din id-destinazzjoni “billi beda jaghmel uzu regolari minnu bhala mahzen u jahdem minnuu dan minghajr l-awtorizzazzjoni u l-kunsens” tieghu bhala s-sid.

Din il-Qorti hija tal-fehma li dak li gie kkostatat u finalment konkluz mill-ewwel Tribunal kien gust u korrett. Il-Qorti mataqbilx mal-asserzjoni tal-appellant fejn ried jaghtiha x'tifhem li l-Bord strah unikament fuq dak li sehh fi procedura ohra quddiem l-istess Bord fejn il-fond de quo gie deskritt, bla ma gie kkontestat mill-appellant, bhala wiehed kummercjali.

Il-Bord hass li kellu jelabora li oltre li d-dokumenti esebiti kienu gja juru li l-fond lokat kien ghal skopijiet kummercjali, kompriz dak ta' magazzinagg tal-ghodod tax-xoghol, ix-xhieda akkwizita ukoll kienet preponderatament turi li hekk kienul-fatti. L-appellant ghandu kull dritt li ma jaqbilx ma' din il-kostatazzjoni imma dan mhux bizzejjed ghall-fini ta' grad ta' prova rikjesta biex dak li jahseb hu jekwivali mar-realta' tal-fatti. Mill-bqija huwa ben stabbilit ormai li t-terminu “garage” li jidher fir-ricevuti tal-kera huwa wiehednewtru u generiku u jikkomprendi fih anke mahzen ghall-uzu kummercjali.

Ghaldaqstant, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fil-kawza fl-ismijietpremessi fis-7 ta' Dicembru, 2000, din il-Qorti tal-Appell tichad l-appell tar-rikorrent appellantbl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info