Reference: 24/2007

Judgement Details


Date
06/02/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
RAHIM DEBONO ALOYSIA vs PORT COTTONERA HOTEL DEV CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Sehhet attivita' fil-Casino di Venezia, Malta, li wasslet lill-Awtorita` dwar il-Lotteriji u l-Loghob biex tirrevoka l-licenzja ghall-operat tal-Casino. Minhabba f' din id-decizjoni ta' l-imsemmija Awtorita`, il-kumpanija intimata temmet l-impjieg ta' l-impjegati kollha.

Matul iz-zmien li l-attivitajiet tal-Casino kienu wieqfa, il-kumpanija intimata nediet process ta' evalwazzjoni ta' l-impjegati kollha taghha u kkonkludiet li r-rikorrenti ma kinitx idonea li tiddahhal lura fl-istess kariga li kellha. Ghaldaqstant, il-kumpanija intimata, kif allegatament kien permess bil-kuntratt ta' l-impjieg, offriet lir-rikorrenti l-kariga ta' Cleaner, kariga li hi kienet tokkupa xi zmien qabel ma'kumpanija ohra. Ir-rikorrenti rrifjutat I-offerta tal-kariga mibdula, izda stqarret li kienet lestaterga' lura fil-kariga li kellha.

Il-kumpanija intimata interpretat dan ir-rifjut bhala rizenja mill-impjieg u agixxiet konformi ma' din l-interpretazzjoni.

ll-kaz migjub quddiem it-Tribunal Industrijali mir-rikorrenti jirrigwarda t-temma ta' l-impjieg li sehhet wara li hi rrifjutat li tidhol lura fl-impjieg fil-kariga ta' Cleaner offruta lilha, minflok dik ta' Bar Attendant and Waiter li kienet tokkupa qabel. ll-pern tal-kwistjoni hu jekk il-kumpanija intimata setghetx tezercitad-dritt li tibdel il-kariga tar-rikorrenti f'dan I-istadju, u bl-informalita' kollha li rrizultat.

It-Tribunal Industrijali ddecieda li I-kumpanija intimata setghet tezercita d-dritt moghti lilha bis-sahha tal-kuntratt ta' l-impjieg, u ghaldaqstant it-temma ta' l-impjieg tar-rikorrenti saretghal raguni gusta u bizzejjed.

Ir-rikorrenti appellat minn din is-sentenza bl-aggravji li gejjin:-
1. Id-decizzjoni ma fiha ebda spjegazzjoni jew motivazzjoni li turi ghaliex it-Tribunal wasal ghal dik il-konkluzjoni tieghu;
2. F' kull kaz, it-Tribunal ma kellux jikkampa ruhu fuq il-kuntratt ta' I-impjieg taghha, ossija ta' dik il-klawsola kontenuta fih li kienet tippermetti bdil fix-xoghol taghha.
3. Ma ngiebet ebda prova li ssostni d-dikjarazzjoni tas-socjeta` intimata illi hima kienetx idoneja ghax-xoghol ta' “bar attendant and waiter”.

Rispettosament, din il-Qortita' l-Appell ssib li l-argoment tat-Tribunal hu wiehed fallaci u ghal kollox vizzjat minn koncezzjoni zbaljata tal-ligi in materja u ta' dik il-vizjoni cara tal-principji tad-dritt inerenti ghal kuntratti ta' impjiegi.

Hi disposizzjoni esplicita ta' l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali illi impjegat li jkollu l-impjieg tieghu mitmum minhabba redundancy ikun intitolat ghall-impjieg mill-gdid jekk il-post li kien jokkupa jerga' jkun ottenibbli fi zmien perijodu ta' sena mid-data ta' tmiem ta' impjieg. L-istess diposizzjoni, ex-Artikolu 36 (3) ta' l-Att, tkompli tesigi wkoll illi dan ir-ri-impjieg irid isir taht kondizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk li hu jkunintitolat ghalihom li kieku l-kuntratt tas-servizz dwaru ma kienx intemm. F' dan il-kaz, l-appellanti ma gietx offerta l-istess post li kienet tokkupa qabel, jigifieri dak ta' “Bar Attendent and Waiter”, izda dak ta' “Cleaner”;

Avolja min ihaddem irrizerva kontrattwalment ghalih is-setgha lijvarja il-post ta' l-impjegat, ghandu dejjem ikun hemm dik l-ekwivalenza tax-xoghol gdid assenjat fil-konfront ta' dak ix-xoghol l-iehor li l-impjegat kien, precedentement, jaghmel, b' mod li x-xoghol il-gdid jikkonsenti, fl-espletament tieghu, li l-impjegat igawdi mhux biss l-utilizazzjoni u l-perfezzjoni ta' dik l-esperjenza akkwistata fil-fazi immedjatament anterjuri ghal dak ir-rapport gdid ta' xoghol, imma wkoll li jkompli jigi mhares lilu r-rispett u l-livell socjali - lavorattiv, akwistat fuq il-post tax-xoghol.

Din il-Qorti tara li l-appellanti jisthoqqilha t-tutela pjena lilhaakkordata mil-ligi. Dan fil-forma ta' kumpens rizarcitorju, una volta ma jirrizultax li din qed tinsisti ghar-re-integrazzjoni fl-impjieg. Hu l-kaz allura li l-atti jintbaghtu lura lit-Tribunal biex dan jipprovdi ghal likwidazzjoni gusta ta' dan il-kumpens fil-parametri ta' l-Artikolu 81 (2) tal-Kapitolu 452.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell tilqa' l-appell lilha devolut u b' hekk tirrevoka s-sentenza appellata. Kif mitlub mill-istess appellanti, tirrinvija l-atti lura lit-Tribunal Industrijali ghal konsiderazzjoni u decizjoni minnu tal-kwantum tal-kumpens dovut lill-appellantiskond l-Artikolu 81 (2) tal-Kapitolu 452.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info