Reference: 12/2007

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA ANTOINETTE vs INTERNATIONAL SALES DIRECT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Ir-rikorrenti talbet danni ta' Lm450 rapprezentanti prezz ta' ‘steamer' li xtrat minghand id-ditta intimata. Matul iz-zmien tal-garanzija, dan l-‘isteamer' beda jinqalalu l-‘pipe' kif ukoll bdew isaddu l-viti u li ghalkemm hadithom ghand id-ditta intimate, dawn ma rrangawiex.

It-Tribunal ghalTalbiet tal-Konsumatur nnota illi fir-risposta tieghu l-intimat ammetta illi l-‘pipe' rabtuh b' cinga minflok bidluh u li dan sar sabiex ir-rikorrenti ma jkollhiex ghalfejn tixtri wiehed gdid u li huma qatt ma qalu lir-rikorrenti illi l-viti huma stainless steel minkejja illi qalulha illi l-boilerhuwa stainless steel. It-Tribunal nnota illi ga la darba l-intimat kien infurmat illi l-boiler huwa‘stainless steel', bl-istess irragunar jew ir-rikorrenti kellu jassumi illi l-viti kienu wkoll ‘stainless steel' kif ukoll illi mkien ma jirrizulta illi r-rikorrenti kienet offruta il-bdil tal-‘pipe'.

Ghaldaqstant, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur iddecieda dan il-kaz billi ordna lill-intimat ihallas lir-rikorrenti Lm450 bl-ispejjez kontra l-istess intimat b' dan illi l-isteamer issir proprjeta` ta' l-intimat wara li jkun sar il-hlas.

Fil-konfront ta' din is-sentenza d-dittaintimata ilmentat bl-aggravju generali illi t-Tribunal mar kontra d-dettami tal-gustizzja naturaliaudi alteram partem. Fl-ispecifiku, dan l-ilment taghha tissuddividih kif gej:-
(1) It-Tribunalnaqas milli jaghtiha l-opportunita` li tipprezenta l-kaz u li tiddefendih kif jixraq. Hi taccetta li ebda rapprezentant taghha ma attenda ghall-ewwel u l-ahhar seduta, b' dana li fl-istess waqt tissottometti b' raguni illi dik l-assenza taghha fil-proceduri kienet dovuta ghal-luttu fil-familja tad-dirigenti.
(2) Il-motivazzjoni tas-sentenza tippekka minn konfuzjoni fir-ragonament taghha. Danghaliex, skond id-ditta appellanti, mentri t-Tribunal donnu accetta l-asserzjoni taghha illi l-pipeta' l-isteamer vendut minnha ssewwa u ma nbidelx, u wkoll li l-appellata qatt ma giet imweghda li l-viti kellhom ikun ta' l-istainless steel, huwa mbaghad ghadda biex jirrexxindi l-bejgh.
(3) It-Tribunal naqas milli jistharreg jekk gewx sodisfatti r-rekwiziti ta' l-Artikolu 79 tal-Kapitolu 378.
(4) L-appellata ma agixxietx immedjatament u zammet ghandha l-oggett ghal sentejn shah.
(5) It-Tribunal ma kellux jadotta r-rimedju tar-rexxissjoni in vista ta' dak li jinghad fl-Artikolu 76 (2)tal-Kapitolu imsemmi.

Din il-Qorti ta' l-Appell ma taqbilx ma' l-espressjoni ta' fehma tad-ditta appellanti kontenuta fl-ewwel motiv ta' aggravju. Mill-verifika ta' l-atti processwali quddiemit-Tribunal jirrizulta illi z-zewg partijiet in kawza tqeghdu fil-posizzjoni li jippartecipaw fihau li jgibu ‘l quddiem l-assunti rispettivi ghas-sostenn tad-difizi taghhom. Ciononostante, id-dittaappellanti baqghet assenti minn dawn is-seduti.

Fuq it-tieni motiv ta' aggravju din il-Qorti ma akkoljietx d-deduzzjoni tad-ditta appellanti ta' xi vizzju logiku fil-motivazzjoni. Anke jekkdin tinsab redatta b' mod skematiku minnha hu sew dedott l-iter tal-hsieb persegwit mit-Tribunal ghar-raggungiment tar-ratio decidendi. Din il-Qorti ddeterminat illi l-pipe ta' l-isteamer mixtri ma kienx idoneju ghall-uzu funzjonali tieghu, li d-difett insit fih gie sempliciment riparat bl-irbit permezz ta' cinga minflok ma l-pipe innifsu gie sostitwit, u li, inoltre, fil-kaz tal-viti, li rrizultaw korrosivi, l-appellata qatt ma kienet informata illi dawn, bhala komponenti tal-boiler, ma kienuxukoll bhalu ta' l-istainless steel.

Il-Qorti jidhirlha li ghandha tiddisponi mill-ahhar tliet motivi ta' aggravju bil-mod infraskritt:-
(1) Fl-ewwel lok, ma kienx hemm ksur ta' l-Artikolu79 u non-konformita ma' l-Artikolu 76 (2) ta' l-Att XXVIII ta' l-1994, u l-ilment dwarhom qed jitqajjem biss issa, u ghall-ewwel darba, fl-istadju inoltrat ta' l-appell. Dan igib illi, strettament,din il-Qorti ma ghandhiex tokkupa ruhha minn dawn l-istess motivi ta' aggravju la qatt ma fformaw kontroversja quddiem it-Tribunal.
(2) Ankorke, il-Qorti kellha tikkonsidrahom jibda biex jigi rilevat illi ghalkemm ma jirrizultax mill-atti li l-appellata segwiet il-formalita` tan-notifika dettatamill-Artikolu 79, fir-realta l-komunikazzjoni lid-ditta appellanti ghal ksib tar-rimedju aspettat mill-appellata twasslet tempestivament lilha tant li l-istess ditta appellanti applikat ruhha biex tirricerka r-rimedju li hi dehrilha opportun. Rimedju dan, li ma instabx li kien ghal kollox wiehed idoneju biex jiskongura kontra l-mal-funzjonament ta' l-oggett komprat.
(3) Kwantu ghall-Artikolu 76 ta' l-Att imsemmi dan irid jinqara unitament ma' l-Artikoli 74 u 75 li jippreceduh. In sintesi, hu nkombenti fuq il-kummercjant illi f' kaz ta' nuqqas ta' konformita` fl-oggett mibjugh, dan ghandujipprovdi rimedju. L-ghazla tax-xorta ta' rimedju hi fil-poter esklussiv tal-konsumatur. Huwa jista' jopta jew ghar-riparazzjoni jew rimpjazzament ta' l-oggett, basta li dan ma jkunx hekk sproporzjonat u gravuri fuq il-kummercjant, jew li jsir diminuzzjoni fil-prezz tieghu, jew, sahansitra, r-rexxissjoni tal-ftehim meta n-nuqqas ta' konformita ma jkunx wiehed minuri u insinjifikanti. Id-ditta appellanti la quddiem it-Tribunal, u lanqas issa minn xi spjegazzjoni konkreta, ma pprovat, jew ikkonvincit, illi n-non konformita` kienet wahda minuri jew insinjifikanti.
(4) Fl-ahharnett, ma jidherx fil-kontingenzi ta' dan il-kaz, illi l-appellata giet li tiflet, minn xi kondotta passiva taghha,id-dritt li tazzjona ghar-rexxissjoni tal-kuntratt. Hi agixxiet fil-pront malli skopriet l-imperfezzjoni rizultanti fil-pipe ta' l-isteamer u jekk ir-rimedju inizzjali adoperat mid-ditta appellantinstab li ma kienx hekk konfacjenti skond l-ahjar teknika, ma tistax tigi rinfaccjata bil-fatt illi hi rremedjabilment tilfet il-beneficcju li tipprosegwi ghat-tutela tad-drittijiet taghha ghaliex zammet l-oggett.

Ghaldaqtant, l-appell gie michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra d-ditta appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info