Referenza: 193/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
SCHEMBRI JOSEPH ET vs CAUANA CATHERINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, EBDA OBBLIGU TAS-SID LI JAGHTI L-KUNSENS BIEX JIFFAVORIXXI U JIFFACILITA IL-GODIMENT TAL-FOND MIKRI MILL-INKWILIN - LOKAZZJONI, OBBLIGU TAL-INKWILIN LI JAGHMEL UZU MILL-FOND LILU MIKRI BLA MA JAGHMEL HSARA U ENTRO L-PARAMETRI TAL-LIGI - LOKAZZJONI, OBBLIGU TAS-SID ILLI JISSOKKOMBI GHALL-GODIMENT TAL-FOND TIEGHU DA PARTI TA` L-INKWILIN
Fil-Qosor
Hemm distinzjoni fondamentali bejn (a) l-obbligu tas-sid illi jissokkombi ghall-godiment tal-fond tieghu da parti ta' l-inkwilin fil-limiti stretti tal-ligi u li jissaporti tali godiment u (b) l-allegat obbligu tas-sid li b'xi att tieghu jaghti l-kunsens biex jiffavorixxi u jiffacilita il-godimenttal-fond mikri mill-inkwilin. Minn imkien fil-ligi ma jirrizulta dan l-obbligu. L-obbligu passiv tas-sid huwa biss illi jikkonsenja lill-kerrej il-haga mikrija, li jzomm dik il-haga fi stat li wiehed jista' jaghmel minnha l-uzu li ghalih giet mikrija u li jqis li l-kerrej ikollu t-tgawdija bil-kwiet tal-haga ghaz-zmien kollu tal-kiri.

Is-sid ma kien bl-ebda mod obbligat illi japplika ghall-bini fuq ir-raba tieghu tal-kostruzzjoni li ried jaghmel l-inkwilin.

L-inkwilin kellu jaghmel uzu mill-fond lilu mikri bla ma jaghmel hsara u allura jekk dak li kkostruwixxa ikun entro l-parametri tal-godiment lecitu tieghu, dan ikun certament ta' hsara anke permanenti fil-fond jekk ikun gie kostruwit minghajr id-debiti permessi. Jekk dak li jikkostruwixxi l-inkwilin huwa abbuziv u llegali tali kostruzzjoni tkun qisha mhux kostruwita ghaliex l-inkwilin certament ma kellux dritt fil-ligi li jaghmilha. Kull argumentazzjoni diversa tkun tfisser li l-istat ta' dritt li jkun gie rovexxjat u l-process gudizzjarju invertit.

Huwa dover tal-inkwilin illi jassigura sewwa l-kunsens li allegatament tah is-sid u jekk dwar dan ikun hemm kontestazzjoni, jagixxi gudizzjarjament biex jigi definit tali kunsens u jekk l-attur inkwilin kien jippretendi illi ghall-kostruzzjoni li xtaq jaghmel ma kienx jehtieg il-permess tas-sid u seta' allura jibni fl-ezercizzju tal-godiment tal-kirja tieghu, hu kellu, fl-opposizzjoni tas-sid, jipprocedi gudizzjarjament biex jaccerta ruhu li tali kostruzzjoni seta' jaghmilha u dana jekk mehtieg ukoll fil-kontradittorju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar responsabbli ghall-hrug tal-permessi. Dan kollu pero' preventivament qabel ma jibda jibni u bhalapre-rekwizit ghall-otteniment tal-permessi mehtiega. Altrimenti l-azzjoni proposta ma tkun qed isservi ghal xejn hlief biex tittanta tissanzjona stat ta' illegalita' taht diversi aspetti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni