Reference: 1/1994/6

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
FORMOSA PAUL vs DEBONO SALVU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, BL-IMNUT - BEJGH, BL-INGROSSA - PRESKRIZZJONI, AZZJONI TAL-KUNTRATTUR - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-IMNUT - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL
Summary
Il-preskrizzjoni ta` sentejn taht l-artikolu 2149(a) tal-Kodici Civili tapplika ghal "azzjonijiet tal-bennejja ta' bastimenti jew bcejjec ohra tal-bahar u tal-kuntratturi tal-bini iehor jew ta' xoghlijiet ohra ta' l-injam, gebel jew materjal iehor ghal opri mahdumin minnhom jew ghall-materjali li jfornu."

Dan is-subinciz ma japplikax fejn ikun hemm semplici fornitura ta' materjali imma kienjikkontempla biss dawk il-materjali suppliti mill-kuntratturi fuq xoghlijiet meta dawn ikunu impjegati f'xoghlijiet ta' kostruzzjoni minnhom esegwiti jew fl-istess utilizzati.

Ghall-applikazzjoni ta' dan l-artikolu irid jissussisti l-element ta' "opus" da parti tal-kuntrattur fil-konfront tal-eccipejnt altrimenti l-kontrattazzjoni tkun wahda ta' bejgh ordinarju u ma jinqabadx mill-imsemmiartikolu.

Una volta stabbilit li r-rapport guridiku bejn il-partijiet kien wiehed ta` bejgh ta' materjal, il-Qorti trid tindaga xi kwalita' ta' bejgh kien involut, ossia jekk setax jitqies li l-bejgh kien wiehed bl-imnut jew bl-ingrossa.

Il-preskrizzjoni ta' tmintax-il xahar kontemplata fl-artikolu 2148(a) tal-Kodici Civili tipprovdi ghall-preskrizzjoni qasira ta' 18-il xahar fil-kaz ta' l-azzjonijiet ta' benneja ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom jew ta' materjal li jfornu.

Meta l-venditur ma jikkwalifikax bhala bennej jew wiehed mill-persuni l-ohra msemmija f'dan l-artikolu u ma jkunx qed jitlob prezz ta' xi opra minnu esegwita fuq ordni tal-konvenutjew ghal xi materjal li forna fl-ezekuzzjoni ta' din l-opra, u meta ma jistghax jinghad illi l-konvenut, da parti tieghu, kien xtara materjal specifikatament biex jigi impjegat ghall-bini partikolaridin il-preskrizzjoni ma tapplikax.

Azzjoni ghall-hlas ta' kreditu naxxenti minn operazzjoni kummercjali semplici ta' komprovendita' bl-ingrossa ta' materjal tal-bini hija preskritta ai terminital-artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili li jipprovdi li l-azzjonijiet ghall-hlas ta' kull kreditu iehor li gej minn operazzjonijiet kummercjali u minn hwejjeg ohra, meta l-kreditu ma jkunx jaqa' skonddin il-ligi jew ligijiet ohra taht preskrizzjoni aqsar jew ma jkunx jirrizulta minn att pubbliku, kienu preskrivibbli bid-dekors ta' hames snin.

Fost l-azzjonijiet li huma kolpiti bil-preskrizzjoni ta' tmintax-il xahar (l-artikolu 2148) hemm dik tal-kredituri ghall-prezz ta' merkanzija, oggetti jew hwejjeg ohra simili mibjugha bl-imnut (li jista' wkoll jinkludi gebel). Il-gurisprudenza taghna taghti kriterju direttiv biex wiehed jiddistingwi bejn grossista' u dettaljatur u dan hu illifilwaqt li l-grossista' aktarx ibiegh lil min jikkumercja fil-haga, id-dettaljatur ibiegh aktarx lill-konsumatur u fi kwantitajiet zghar mizurati fil-bzonn ta' l-istess konsumatur, jigifieri illi kummerc bl-imnut jikkonsisti fir-rivendita' f'partiti zghar ta' merci jew derivati lil tal-hanut jew minutant li jixtri minghand negozjant. Jidher car illi bil-kelma bl-imnut, il-ligi tikkontempla lil dawk kollha kummercjanti jew le li jbieghu oggetti ta' konsum ta' kuljum tant lil min hu kummercjantkemm lil min mhux.

Kuntrarjament ghal-ligi Taljana u Franciza, il-ligi Maltija ma kenitx tibbaza d-distinzjoni bejn bejgh bl-imnut u bejgh bl-ingrossa fuq jekk min jixtri kienx jew le jinnegozja fl-oggett minu mixtri. Il-gurisprudenza pero' kienet issuplimentat ghal dan is-silenzju u kienettikkonsidra l-grossist bhala wiehed li "per lo piu' vende a coloro che commerciano nella cosa comprata" filwaqt li kienet tikkonsidra lill-minutant bhala dak li "vende per lo piu' ai consumatori e inpiccole quantita' misurate dal bisogno di costoro".

Il-kwistjoni distintiva fondamentali tal-bejgh bl-ingrossa u dak bl-imnut jidher li fil-fatt jirrisjedi fil-kwantitattiv mibjugh. Jekk il-kwantitattiv tal-partita ikun fic-cirkostanzi kollha tal-kaz u anke mizurat mill-bzonn tax-xerrej zghir, allura l-bejgh ikun bid-dettall.

Il-Qorti tal-Appell bhal regola ma tindahalx biex tiddisturba dak l-apprezzament sakemm l-appellant - ghax fuqu trid tinkombi l-prova - ma jissodisfahiex illi kien hemm ragunijiet validi bizzejjed biex jitfghu dubbju ragonevoli fuq il-gustizzja ta' apprezzament ta' provi li ghamlet l-Ewwel Qorti u li konsegwentement jekk ma tintervjenix biex tvarja l-konkluzjonijiet taghha, tkun ser tigi kommessa l-gustizzja manifesta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info