Reference: 1021/1999/1

Judgement Details


Date
09/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
DIAMOND PROPERTIES LIMITED vs KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TAL-ILMA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL INCIDENTALI - ZGUMBRAMENT MINN GHALQA
Summary
Permezz ta' din l-istanza, is-socjeta' attrici qeghda titlob l-izgumbrament tal-Korporazzjoni konvenuta mill-kamra fil-ghalqa li qeghda fil-kontrada tal-Gebla l-Kbira limiti tal-Gharghur, peress illiqed jinghad li din il-kamra qed tigi okkupata mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma minghajr ebda titolu validu fil-ligi.

F'kawzi ta' zgumbrament iridu almenu jissuccedu t-titolu ta' parti u okkupazzjoni mill-parti l-ohra. Il-kwistjoni dwar l-izgumbrament tigi wara, imma dawn iz-zewg elementi principali, it-titolu u l-okkupazzjoni jridu almenu jissuccedu qabel mal-Qorti tista' tordnal-izgumbrament ta' parti jew ohra. F'dan il-kaz ma jistax jinghad illi l-Korporazzjoni konvenuta qieghda fl-okkupazzjoni ta' din il-kamra ghax dana ma rrizultax minn dawn l-atti. Kwindi l-Qorti ma tistax tordna l-izgumbrament da parti meta ma rrizultalhiex li dik il-parti qieghda fl-okkupazzjoni tal-fond illi minnha qieghda tintalab l-izgumbrament taghha.

Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti tichad it-talba tas-socjeta' attrici bl-ispejjez kontra taghha.

Minn dik is-sentenza appellat is-socjeta' attrici permezz ta' rikors ta' appell, li fih talbet li din il-Qorti tal-Appell joghgobha tirrevoka s-sentenza minnha appellata, u minflok tilqa' t-talbiet tas-socjeta' appellanti billi tordnal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma sabiex tivvaka l-kamra fl-ghalqa fil-kontrada tal-Gebla l-Kbira, limiti tal-Gharghur, proprjeta' tal-appellanti, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-Korporazzjoni appellata.

Din il-Qorti tibda bil-punt dwar kemm hu regolari li l-Korporazzjoni tal-Ilma tinterponi appell incidentali mis-sentenza appellata meta effettivament jirrizulta mill-istess korp tas-sentenza appellata li l-kawza inqatghet kontra s-socjeta' attrici u ghalhekk kompletament favur il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma. Gie sottomess illi f'cirkostanzi bhal dawn, u specjalmentmeta d-decizjoni tal-ewwel Qorti hi dik li hi, mhux permess mil-ligi li jsir appell incidentali.

Issa fin-normalita' tal-kazi, is-socjeta' attrici appellanti kien ikollha ragun topponi ghall-appell incidentali fuq din il-bazi u cioe' illi s-sentenza hija maqtugha favur l-istess Korporazzjonili qed tappella incidentalment. Pero', in realta', ghalkemm id-decide huwa biss u unikament ir-rigett tat-talba tas-socjeta' attrici bl-ispejjez, ma jistax jigi injorat il-fatt illi proprju l-ewweleccezzjoni tal-Korporazzjoni kienet illi s-socjeta' attrici ghandha qabel xejn tindika bi precizjonil-proprjeta' li ghaliha qed taghmel riferenza u li l-kawza tirreferi ghaliha u t-tieni eccezzjoni kienet fis-sens illi gie eccepit illi s-socjeta' attrici ghandha tipproduci prova tat-titolu taghha ghal tali proprjeta'. Eccezzjoni bhal din m'hemmx bzonn li tigi deciza b'kap separat u jidher fl-opinjoni ta' din il-Qorti li din il-vertenza giet deciza mill-ewwel Qorti. Ghalhekk qed jigi deciz illil-appell incidentali huwa regolari.

Din il-Qorti jidhrilha li jaghmel iktar sens illi jigideciz l-ewwel l-appell principali u cioe' jekk hiex fondata l-allegazzjoni tas-socjeta' appellantiilli quddiem il-qorti tal-prim'istanza kien hemm provi bizzejjed li jindikaw il-pussess tal-kamra inkwistjoni da parti tal-Korporazzjoni.

F'dan il-kuntest l-appellanti jissottometti illi l-ewwel Qorti injorat kompletament prova importantissima. Minn naha taghha l-Korporazzjoni qed tissottometti illi din l-allegazzjoni jew asserzjoni mhix ezatta ‘il ghaliex fil-fehma taghha, fix-xhieda lital-istess Anthony Bonello, dan ma qalx li l-Korporazzjoni thallas il-kera lis-socjeta' appellanti.Anzi l-istess xhud qal li l-kamra hija tal-Gvern u dan gharfitu l-istess socjeta' appellanti fil-kors tal-appell minnha pprezentat.

Din il-kwistjoni hija iktar kwistjoni ta' apprezzament ta' provi u f'dan il-kuntest id-diffikulta' ta' din il-Qorti dejjem kienet u tibqa' illi jekk id-diskrezzjoni, jew l-apprezzament valutazzjoni tal-provi maghmul mill-ewwel Qorti ma jkunx manifestament zbaljat, allura hija ma tintervjenix.

Din il-Qorti m' ghandhiex dubbju illi s-socjeta' attrici setghet qed titkellem fuq kamra mentri l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma qed tirreferi u fil-fatt qed tokkupa kamra ohra. Is-sottomissjoni tas-socjeta' appellanti illi x-xhieda li ta' AnthonyBonello flimkien ma' cirkostanzi ohra ma kellhiex tigi injorata ghax minnha nnfisha tammonta ghal ammissjoni, fic-cirkostanzi, fil-fehma ta' din il-Qorti, hija korretta.

Fil-fehma ta' din il-Qorti ghalhekk dan flimkien mad-deposizzjonijiet l-ohra illi l-ewwel Qorti hadithom minghajr ma kkonsidrat l-informazzjoni illi s-socjeta' appellanti ottjeniet minn terzi, huwa fil-fehma ta' din il-Qorti bizzejjed biex jikkonvinciha illi ma hemmx dubbju dwar liema kamra si tratta f'din il-kawza u lieffettivament din l-istess kamra qed tigi okkupata mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma.

Imbaghad hemm il-kwistjoni l-ohra li hija l-mertu tal-appell incidentali rigwardanti l-kwistjonijekk is-socjeta' appellanti ghamlitx prova tat-titolu taghha. Fil-fehma ta' din il-Qorti, din il-kawza hija wahda bazata fuq mankanza assoluta tat-titolu valida da parti tal-Korporazzjoni.

F'dawn ic-cirkostanzi din il-Qorti jidhrilha illi tkun erezija legali jekk hija tiddeciedi li jista'jigi akkordat illi l-pussess da parti tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma huwa wiehed bla titolu fil-kuntest legali li dan il-punt dejjem gie deciz minn dawn il-Qrati. Xi kwalita' ta' titolu qeghdin nitkellmu fuqu, jekk hux wiehed prekarju jew jekk hux wiehed validu fil-ligi fil-konfront tas-socjeta' attrici hija kwistjoni li fil-fehma ta' din il-Qorti tista' tigi epurata u deciza f'gurisdizzjoni ohra li fiha jista', jew jekk hu l-kaz, jigi involut ukoll il-Gvern, pero', certament, ma tistax tigi akkolta t-talba tas-socjeta' attrici fuq il-bazi illi l-okkupazzjoni da parti tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma hija wahda minghajr titolu validu fil-ligi.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-appell principali u minn dak incidentali billi tichadhom it-tnejn u konsegwentement tikkonferma, ghalkemm fuq bazi differenti, is-sentenza appellata. L-ispejjez tal-appell incidentali jkunu a karigu tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma. Dawk tal-appell principali jkunu akarigu tas-socjeta' appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info