Reference: 279/2005/1

Judgement Details


Date
09/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT NUTAR MARK vs CARUANA GALIZIA DAPHNE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL U MALAFAMA
Summary
Il-lanjanza ta' l-attur tirrigwarda artikolu miktub mill-konvenuta Caruana Galizia u ppubblikat fil-harga tat-28 t'April tas-sena 2005, tal-gurnal “The Malta Independent”,
liema artikolu kien intitolat “Hey, baby, there is a pistol in my handbag”. Rizultat ta' dan l-attur hassu malafamat fit-termini ta' l-Artikolu 28 (1) tal-Kapitolu 248 billi jsostni li dan telliflu jew naqqasslu r-reputazzjoni tieghu.

Il-vertenza in dizamina tipprezenta l-konflitt perenni bejn zewg drittijiet importanti li llum huma tassew assodati fil-kamp in dizamina, senjatament:
i.id-dritt tal-liberta' tal-kelma; u
ii.id-dritt tar-reputazzjoni.
F'kaz ta' konflitt, spetta ghall-ordni gudizzjarju indipendenti li ghandu l-oneru li jibbilancja, bi prudenza, b'ghaqal oggettiv u b'fermezz fejn mehtieg, l-interessi konfliggenti - f'dan il-kaz bejn l-attur li jirritjeni li kellu r-reputazzjoni tieghu aggredita, u l-awtrici konvenuta li qed tizbandjerixxi l-istandard tal-liberta' tal-kelma favur taghha.

Il-liberta' tal-kelma ma tistax tigi estiza ghall-liberta' tal-malafama. Kull persuna ghandha li ma tkunx offiza fl-unur, fir-reputazzjoni u fid-dinjita' taghha, kemm personali u professjonali, u min jattakka dan il-kumulu ta' gid morali b'attribuzzonijiet specifici jrid almenu jipprova l-attribuzzjonijiet specifici li jaghmel ghall-anqas sostanzjalment, u jipprova l-allegazzjonijiet tieghu biex b'hekk ikun jista' jehles mir-responsabbilitajiet tieghu quddiem il-ligi.

L-Ewwel Qorti kienet sodisfatta li l-attur ma irrizultax li kellu l-intenzjoni specifika li jaghmel dak lilu attribwit mill-artikolista konvenuta u allura, kwalunkwe kumment negattiv indirizzat minnha fil-konfront ta' l-attur f'dawn ic-cirkostanzi hu ekwivalenti ghal ingurja malafamenti peress li hu priv mill-premessa logika necessarja li fuqha kellu jistrieh biex jigi sostanzjat u kkundannat lill-konvenuta Daphne Caruana Galizia biex thallas lill-attur Nutar Mark Anthony Sammut Lm500.00,0.

Il-konvenuta Daphne Caruana Galizia appellat u sostniet li ma kien hemm ebda ingurja malafamanti ghaliex kullma jirrizulta “huwa kumment/opinjoni dwar il-kaz, miktub bi stil distint tal-konvenuta, stil retoriku b' element ta' satira li kull min jaqra lill-awtrici jaf ben tajjeb”. L-istess konvenuta appellatghad-dritt taghha tal-liberta` ta' l-espressjoni kif iggarantita lilha mil-ligijiet.

Il-Qorti ta l-Appell ikkonkludiet li l-appellanti ma zammetx ruhha fil-qafas ta' dawk il-limiti strettamentnecessarji ghal dak li s-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana tirreferi bhala “continenza” ughall-appagament ta' l-interess pubbliku. Hi, invece, ghamlet bosta insinwazzjonijiet fuq il-kondotta ta' l-appellat anke fil-qasam tal-professjoni tieghu u rabtet avvenimenti biex tillustra u taghtirisalt, b' mod denigranti, l-unur u r-reputazzjoni tieghu.

Ghaldaqstant il-Qorti ta l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info