Reference: 1/2006/1

Judgement Details


Date
09/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DIRETTUR TA L-ARTIJIET vs BALDACCHINO JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZMIEN TA ADEMJPJAMENT GHAL ZGUMBRAMENT
Summary
Is-socjeta` appellanti kienet in okkupazzjoni ta' bicca art f' Manoel Island, lilha assenjata mis-socjeta` Medserv, ad uzu ta' tiswija ta' yachts. Kontra taghha inharget mill-attur eviction order biex tizgombra.Id-direttur attur talab lill-Ewwel Qorti tikkundanna lill-konvenuti li jhallsu s-somma ta' Lm3843.73, spejjez illi l-attur inkorra fit-tnehhija ta' oggetti mobbli u spejjez ohra li ghandhom x'jaqsmu ma' u huma konsegwenzjali ghat-tqehid ta' l-imsemmija mobbli f'post iehor, u dan in vista ta‘ ordni ta' zgumbrament, ai termini l-Kap 228 tal-Ligijiet ta' Malta, ezegwit kontra l-intimatigewwa Manuel Island.

Da parti taghha, is-socjeta' konvenuta eccepiet illi preliminarjament Joseph Baldacchino, Audrey Baldacchino u Anthony Baldacchino ma humiex il-legittimi kontraditturi ghat-talbiet attrici stante li huma biss diretturi tal-kumpanija A&J Baldacchino Boatyard Limited. L-istess socjeta' ssostni ukoll illi fi kwalsiasi kaz, ma hu dovut lill-atturi ebda hlas kif minnhom reklamat. Fl-ewwel lok ghaliex legalment il-konvenuti kienu ghadhom intitolati jibqghu fil-pussess tal-fond u ma kienx skadielhom it-terminu moghti lilhom biex jizgombraw. Is-socjeta' konvenuta ssostni illi l-atturi kissru l-ftehim dwar garr li kellhom mal-konvenuti u l-atturi, ghalhekk, qabbdu u garrew il-proprjeta' tal-konvenuti kontra r-rieda tal-konvenuti u kontra l-ftehim bejn il-partijiet. Ghaldaqstant, is-socjeta konvenuta tablet li t-talbiet attrici ghandhom jigu michuda fi kwalsiasi kaz taht il-principju ex dolo malo (turpi causa) non oritur actio.

L-Ewwel Qorti tghid illi la darba kienet din is-socjeta' li rceviet l-eviction order, quindi kwalunkwe procedura li segwiet bilforstrid tkun indirizzata lil din is-socjeta' u ghalhekk il-konvenuti tajjeb eccepew illi personalmentkellhom jigu mahruga mill-kawza u tibqa' biss is-socjeta' fuq imsemmija bhala konvenuta. Ghalhekk f'dan il-kaz il-Qorti tordna l-liberazzjoni mill-osservanza tal-gudizzju ta' Joseph Baldacchino, Audrey Baldacchino u Anthony Baldacchino.

Fit-trattazzjoni tieghu l-avukat difensur tal-konvenutiqal illi l-azzjoni tad-direttur kienet intempestiva. Kien ghad fadal zmien lill-konvenuti sabiex johorgu mis-sit u messu stenna sa l-ahhar sakemm ha azzjoni. Pero', l-Ewwel Qorti dehrilha illi id-Direttur attur ghamel “a value judgement”. Fuq l-informazzjoni li kellu dak il-hin seta' jasal ghal konkluzzjoni illi s-socjeta' konvenuta wahidha ma kienetx ser tilhaq tivvaka kollox sa l-ahhar ta' Mejju u ghalhekk ha d-decizzjoni illi jiehu l-affari f'idejh halli jaccerta ruhu li kollox ikun sew. Kien ghalhekk illi ordna illi ssir zgumbrament a spejjez ta' l-istess socjeta' konvenuta.

Il-konvenuti qalu wkoll illi wehlu hafna danni minhabba l-agir tad-direttur attur meta l-oggetti illi gewzgumbrati tpoggew f'sit iehor u kien hemm xi nuqqasijiet meta s-socjeta' konvenuta marret biex tirtira dawn l-affarijiet. Is-socjeta' konvenuta pero' ma gabitx prova dwar dawn id-danni u fi kwalunkwekaz ma rrizultax illi d-direttur kien accetta illi jaghmel tajjeb ghal dawn id-danni. Bhal ma qaletben tajjeb il-kawza fl-ismijiet Joe Xuereb Holdings Company Limited vs Marlene mart Francis Xuerebet deciza mill-Prim Awla fit-30 ta' Gunju 2005 “dikjarazzjonijiet generici ta' telf finanzjarju kawzati minn agir tal-kreditur ma jiggustifikawx lid-debitur izomm lura pagamenti ta' dejn. Jekk persunatonqos milli tesegwixxi sehma mill-ftehim skond id-diligenza mistennija mill-bonus pater familias wiehed kellu diversi ghazliet...” Ghalhekk il-Qorti jidhrilha illi s-socjeta' konvenuta ma tistax tiehu vantagg mit-traskuragni taghha meta dina halliet ghall-ahhar biex tivvaka s-sit li kienet obbligata taghmel hekk permezz ta' ftehim milhuq mad-dipartiment. Kien in-nuqqas ta' l-istess socjeta' illima hadietx hsieb li tizgombra s-sit fi zmien stipulat u ghalhekk bir-ragun id-direttur attur hassuobbligat illi jagixxi biex jissalvagwardja d-drittijiet tieghu.

Ghaldaqtant, l-Ewwel tillibera lil Joseph Baldacchino, Audrey Baldacchino u Anthony Baldacchino mill-osservanza tal-gudizzju. Tilqa' t-talba tad-direttur attur u tikkundanna lis-socjeta' A&J Baldacchino Boatyard Limited li thallas is-somma Lm3843.73, spejjez illi l-attur inkorra fit-tnehhija ta' oggetti mobbli u spejjez ohra lighandhom x'jaqsmu ma' u huma konsegwenzjali ghat-tqehid ta' l-imsemmija mobbli f'post iehor, u dan in vista ta' ordni ta' zgumbrament, ai termini l-Kap 228 tal-Ligijiet ta' Malta, ezegwit kontra l-intimati, liema ammont huwa dovut mill-konvenuti ai termini ta' l-artikolu 3 subinciz (3) tal-Kap228 tal-Ligijiet ta' Malta.

Is-socjeta` konvenuta A & J Baldacchino Boatyard Limited hassithaaggravata b' din id-decizjoni u appellat minnha lil din il-Qorti biex titlob ir-riforma taghha. Sostanzjalment, l-obbjezzjoni taghha hi formulata fuq il-proposizzjoni illi hi ma setghetx titqies responsabbli ghall-ispejjez ta' l-izgumbrament ezegwit mill-appellat meta t-terminu appatwit ghal skopta' zgumbrament kien ghadu ma ddekorriex.

La z-zmien ta' l-adempiment hu wiehed ghaf-favur tad-debitur ta' l-obbligazzjoni, il-kreditur ma jistax jippretendi l-adempiment tal-prestazzjoni qabell-iskadenza tat-terminu miftiehem. Dan hu hekk rikonoxxut ukoll mill-kliem ta' l-Artikolu 1072 tal-Kodici Civili fejn jipprovdi li “dak li ma jkollux jinghata hlief fi zmien stabbilit, ma jistax jintalab qabel l-eghluq ta' dak iz-zmien .”.

Dejjem skond l-istess Kodici Civili, ex-Artikolu 1073, il-ligi tikkreja l-presunzjoni illi “z-zmien jitqies dejjem li gie miftiehem favur id-debitur”.Biex ikun diversament u jkun accertat jekk dak it-terminu kienx intiz miftiehem ukoll favur il-kreditur, tali jrid jigi verifikat jew mill-ftehim innifsu, jew mic-cirkustanzi, ben intiz, fil-hsieb tal-Qorti, illi l-volonta` tal-partijiet li huma riedu hekk tkun wahda manifestament univoka. Fil-kazprezenti ma jidher minn imkien mill-provi li jimmilita kontra l-presunzjoni. Anzi hi l-fehma ta' din il-Qorti minn ezami ta' l-ittri, kif ukoll mill-valutazzjoni tax-xhieda, illi t-terminu stabbilitkien wiehed ta' adempiment favur id-debitur, ossija tas-socjeta` appellanti, in kwantu kien jiffissa l-esigibilita` tad-debitur fis-sens illi huwa seta' dejjem jesegwixxi l-prestazzjoni aspettata minnu sad-data akkordata.

Din il-Qorti ta'l-Appell ma tikkondividix il-fehma ta' l-Ewwel Qorti illi l-agir ta' l-attur kien wiehed validu u gustifikat. Pjuttost, tali kondotta tista' titqies wahda arbitrarja, illecita u bi ksur lampanti tal-ftehim. Ma jidherx li jista' qatt ikun akkonsentit illi l-attur jikkawtela l-jeddijiet tieghu permezz ta' zgumbrament forzat qabel iz-zmien miftiehem. Meta, allura, hu il-kaz li patt ma jigix rispettat, lanqas ma jidher li jkun legittimu illi jigu imposti fuq is-socjeta` appellanti l-effetti ta' l-obbligazzjonijiet ghal liema jirreferu l-Artikoli 1130(1) u 1133 tal-Kodici Civili fost ohrajn, jew dak ta' l-Artikolu 3 subinciz (3) tal-Kapitolu 228 tal-Ligijiet. Dan ghar-raguni illi s-socjeta` appellanti ma tistax titqies li kienet in mora sempliciment ghax id-Direttur, b' arbitriju, deherlu li kellu janticipa d-data ta' l-isfratt minn dik precedentement miftehma.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tilqa' l-appell u b' hekk timmodifika s-sentenza appellata billi tirrevoka dik il-parti taghha fejn sabet lis-socjeta` appellanti responsabbli u kkundannatha ghall-hlas tas-somma reklamata bl-Avviz. L-ispejjez taz-zewg istanzi jitbatew mid-Direttur ta' l-Artijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info