Referenza: 1073/1984/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GALEA CARMELO vs MIZZI KENNETH ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMGHAX, IN LIQUIDANDIS NON FIT MORA - IMGHAX, LIKWIDAZZJONI GUDIZZJARJA TA` TALBA GHALL-HLAS - IMGHAX, META L-AMMONT MITLUB IKUN LIKWIDU, CERT U DETERMINAT - KUNTRATT, RES INTER ALIOS ACTA
Fil-Qosor
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza in parte u sentenza finali tal-Prim' Awla tal-Qorti Civilifejn gie stabilit is-segwenti:

F'kuntratt ta` bejgh, arrangament intern bejn il-venditur u terz ma jistghax jippregudika lix-xerrej li jkun kompletament estraneju ghal dan l-istess arrangament.Ghalhekk, il-venditur ma jistghax jeccepixxi illi hu mhux legittimu kontradittur tax-xerrej f'kawzanaxxenti mill-kuntratt ta` bejgh u li x-xerrej kellu, in virtu` ta` dan l-arrangament, jagixxi kontra t-terz.

Hu ritenut fil-gurisprudenza illi, meta d-debitu jkun cert, jekk id-debitur ikun jaf jew jista' facilment jiddetermina l-ammont il-massima in illiqudis mora non contrabitur mhix applikabbli.

Kreditur li sofra danni jista' jitlob lill-Qorti jew ammont determinat, minnu stabbilit, jew ammont indeterminat li jrid jigi mill-Qorti determinat jew kif abitwalment jinghad fil-proza guridika, likwidat. Ammont likwidu jew ammont illikwidu huma espressjonijiet ekwivalenti ghal ammont determinat jew ammont indeterminat, u dawn huma dejjem riferibbli ghall-pretensjoni avvanzata fit-talba tal-attur. Huwa l-attur li jiffissa t-termini tal-pretensjoni tieghu u huwa jaghzel jekk jitlobx l-ammont minnu determinat jew jitlob ammont indeterminat li ghandu jigi determinat mill-Qorti.Is-sinjifikat ta' din is-sentenza ma jinbidilx jekk kemm-il darba jintqal illi l-attur jaghzel jekk jitlobx ammont preciz minnu likwidat jew jitlobx ammont li ghandu jigi mill-Qorti likwidat. Tillikwida tiddeskrivi l-azzjoni li biha ticcara sitwazzjoni li cara ma tkunx, u per analogija, ghalhekk tintuza biex sitwazzjoni monetarja konfuza jew mhix cara, tigi stabbilita u ccarata. Per estensjoni,infatti, tillikwida vertenza, tfisser tikkonkludiha u b'hekk ticcaraha definittivament. Meta l-pretensjoni ta' l-attur tkun ghal ammont cert u likwidu, il-kontestazzjonijiet u c-cahdiet tal-konvenutihuma ghal kollox fatturi irrilevanti ghad-determinazzjoni ta' certezza u l-likwidita' tal-pretiza tal-attur. Ghalhekk l-imghax kummercjali jiddekorri mid-data tal-prezentata tac-citazzjoni.

L-imghax fuq somma likwidata bhala kumpens kellu jiddekorri mid-data tas-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni