Reference: 43/1995/1

Judgement Details


Date
12/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
D' AMATO REMIGIO ET vs GATT JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA - ZGUMBRAMENT
Summary
Mill-provi prodotti jirrizulta li l-fond bin-numru 35, Pjazza Robert Sammut, Floriana, kien gie originarjament mikri bhala “workshop” sabiex fih l-intimat appellant ikun jista' jahdem u jezercita x-xoghol tieghu ta' gojjellier. Dan kien fis-sena 1967 u l-kera dak iz-zmien kienet ta' Lm20 fis-sena.Fl-1971 il-kera dovuta giet awmentata ghal Lm45 fis-sena. Ghall-habta tas-sena 1984, l-appellant flimkien ma' membri tal-familja tieghu fforma kumpanija kummercjali fl-istess generu ta' xoghol, jigifieri dik ta' manifattura u riparazzjonijiet/alterazzjonijiet ta' gojjellerija, b'hanut fil-Belt Valletta. L-appellant xehed li minhabba li ried jaghti spinta lil dan il-hanut gdid fil-Belt, huwa naqqas l-attivita' tieghu temporanjament fil-fond l-iehor tal-Furjana pero' jichad li huwa qatt abbandunah jew zammu maghluq bla attivita'.

Il-Bord li Jirregola l-Kera, wara li ezamina d-deposizzjonijiet moghtija kkonkluda li,
“Il-fond ghal bidu inkera biex l-intimat wettaq il-hidma tieghuta' gojjellier u wara, zdiedet il-kera, u l-fond kellu jintuza bhala post minn fejn principalment jinbieghu l-oggetti.”

L-appellant baqa' jichad li kien hemm tali bidla daqstant kategorika fin-natura tal-attivita kummercjali, di fatt huwa jghid li piu' o meno huwa baqa' jaghmel l-istess uzu fih bhal qabel ankorke' b'hinijiet ridotti.

In realta', l-intendiment bejn il-partijiet minn dejjem kien li l-fond jintuza ghal skopijiet kummercjali konnessi max-xoghol tal-appellant bhala gojjellier u li dan kien jikkomprendi kemm manifattura, “hazna” kif ukoll bejgh ta' oggetti ta' gojjellerija. Meta l-kera giet awmentata, deher ukoll li l-appellant inghata d-dritt li juza l-fond ukoll, imma mhux esklussivament, bhala hanut.

Minn ezami tax-xhieda jirrizulta li l-appellant bedajuzah b'orarju u bi frekwenza ridotta. Matul dan il-perijodu kollu, perijodu ta' ghaxar snin cirka,is-sid, illum mejjet, l-awtur tal-appellati kien ghal kollox konsapevoli ta' dan l-istat ta' fatt uxorta wahda baqa' jircievi l-kera dovuta regolarment.

Jidher li l-unika xewqa espressa min-naha tas-sid kienet dik li jkun hemm awment ulterjuri fir-rata ta' kera u mhux li jiehu passi ghal fini ta' zgumbrament. Mill-bqija m'hemmx dubbju li s-sid kien ghal kollox edott mill-fatt li l-uzu principali li kien qed jaghmel l-inkwilin appellant mill-fond de quo kien dak li juzah bhala “workshop” li biex jahzen fih l-oggetti tal-gojjellerija u jzomm il-makkinarju tax-xoghol.

Il-fatt,mhux kontradett, li s-sid xtaq li jkun hemm awment ulterjuri fil-kera jkompli jiddimostra jekk xejnkemm min-naha tas-sid kien hemm tassew akkwiexxenza esplicita ghall-istat ta' fatt li kien jirrenjameta huwa kien ghadu haj. L-atteggjament inbidel biss wara mewtu u meta dahlu minfloku l-werrietatieghu.

Din il-Qorti jidhrilha li l-aggravji tal-intimat appellat huma fondati u l-appell tieghu jimmerita li jintlaqa'. Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tilqa' l-appell tal-intimat, tirrevoka s-sentenza appellata moghtija fit-13 ta' April 2000, fil-kawza fl-ismijietpremessi, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-appellati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info