Reference: 52/1999/1

Judgement Details


Date
12/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
TESTAFERRATA MORONI VIANI TERESA ET vs J.J.L. CO. LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
Ghall-finijiet ta' morozita', kull ma titlob il-ligi hija talba ghall-hlas bla l-htiega li jissemma'wkoll l-izgumbrament. Dan hu hekk ghaliex l-izgumbrament huwa l-konsegwenza tal-morozita' fil-hlastal-kera. Ma jiswa xejn li l-inkwilin ma jkunx ittenda li s-sid ma kienx aktar dispost li jaccettaaktar hlasijiet tardivi bla ma jiehu passi. Li jrid jirrizulta biex ikun hemm impuntwalita' ghall-finijiet ta' din il-ligi specjali huwa li l-kerrej ikun naqas ghal darbtejn jew izjed milli jhallasil-kera dovuta minnu fi zmien hmistax-il gurnata mill-interpellazzjoni ghall-hlas.

Il-morozita' fil-pagament li tintitola lis-sid li jitlob ir-ripreza tal-fond lokat bl-ebda mod ma tiggustifikalill-inkwilin li ma jhallasx il-kera dovut. Il-ligi timponi terminu definit ta' hmistax-il gurnatamid-data tal-interpellazzjoni biex jigi gudizzjarjament determinat illi dik l-iskadenza kienet tista' titqies bhala valida ghall-fini tal-kawzali ghal talba ta' zgumbrament fuq morozita'. Skadut it-terminu, ma hemm xejn x'josta li s-sid ifittex ghall-hlas tal-kera lilu dovut u lanqas li jircievi l-pagament tieghu. Dana bl-ebda mod ma jippregudika d-dritt tieghu li jkompli jagixxi ghall-izgumbrament fuq kawzali bazata fuq il-morozita' u fuq dik l-iskadenza li ghaliha rcieva l-pagament.

Il-ligi specjali tal-kera toffri bizzejjed protezzjoni lil min huwa inkwilin u ghalhekk wiehed ikunqieghed jistenna wisq jekk jippretendi li l-parametri komminati mill-Kap. 69 jitwessghu aktar millihu konsentit. Zgumbrament minn fond lokat jibqa' dejjem avveniment iebes ghal min igarrbu izda metadan ikun in konsegwenza tal-agir stess ta' l-inkwilin allura jkun il-kaz ta' "imputet sibi".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info