Reference: 484/1994/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
RISIOTT MICHAEL ET vs BAJADA CARMEL NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, GHAL UTILITA` PRIVATA - SERVITU`, GHAL UTILITA` PUBBLIKA - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI
Summary
L-Artikolu 402 tal-Kodici Civili jipprovdi dwar zewg tipi ta` servitujiet: dawk mahluqa mill-Ligi ghal utilita` pubblika u dawk ghal utilita` privata. Is-servitujiet ghal-utilita` privata huma elenkati fl-artikoli 403 et seq. tal-Kodici Civili, filwaqt li s-servitujiet mahluqa ghal utilita` pubblikahuma stabbiliti minn ligijiet jew regolamenti specjali.

Meta servitu` ghal utilita` pubblika tohloq dritt a karigu ta` fond servjenti a favur fond dominanti, tali servitu` taghti dritt lis-sid tal-fond dominanti li jagixxi ghat-tutela tad-drittijiet tieghu hekk kif derivanti minn dik is-servitu` pubblika. Dan ir-rapport huwa wiehed bejn privati u huwa ghal kollox indipendenti mir-rapportbejn l-Awtorita` pubblika li tiggestixxi l-ligi specjali li tohloq is-servitu` pubblika u l-privat.

Il-ligijiet specjali dwar il-bini jiggeneraw mhux biss relazzjoni ta' natura amministrattivabejn l-awtorita' u dak li jinhariglu l-permess - relazzjoni li fiha terzi ma jistghux jindahlu jekkmhux bil-modalitajiet u proceduri mahluqa fl-istess ligi specjali - izda joholqu wkoll drittijiet privati li ghandhom min-natura ta' servitujiet legali. Minn tali drittijiet privati jiskaturixxi l-interess tas-sid tal-fond dominanti li jagixxi ghat-tutela tad-drittijiet tieghu.

L-Awtorita' tal-Ippjanar kellha tara li l-permessi li tohrog lill-applikanti jkunu konformi ma' dawk l-istess regolamanti u policies u li finalment kienet dik l-istess awtorita' li kellha l-obbigu li tara li kull zvilupp isir skond dak il-permess. Kien proprju ghalhekk li l-istess Att holoq struttura li biha gewimwaqqfa l-Kummissjoni ghall-Kontroll tal-Izvilupp biex tisma' u anke tagixxi fuq ilmenti ta' kullmin hu interessat. Dan kollu pero' japplika fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Awtorita' u min japplika u min jinghatalu l-permess. Hu veru li l-persuni aggravati setghu jintervjenu fil-konsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet ghall-hrug ta' permess pero' ma kellhom ebda dritt li jintervjeni fir-rigward tal-esekuzzjoni materjali biex jassiguraw li l-jeddijiet taghhom naxxenti mill-holqien ta' servitujiet legali krejati bil-ligi jew bir-regolamenti jkunu sewwa osservati. Hu hawn it-terz kellud-dritt illi jirrikorri ghall-Qorti in kontradittorju mhux tal-Awtorita' imma tal-garr li kien obbligat josserva l-esercizzju tas-servitu biex jassigura li dak il-jedd stabbilit ghall-vantagg tal-fondfuq il-fond ta' haddiehor, li kien johrog mil-permess moghti mill-istess awtorita' skond ir-regolamenti specjali jew ligijiet li kienu jikkrejaw tali servitu', jigi skruplozament rispettat. Kien proprju ghalhekk li l-permess mghoti hu bhala regola kondizzjonat ghall-proviso li din bla pregudizzjutad-drittijiet ta' terzi. Drittijiet li kienu wkoll jinkludu dawk li joriginaw proprju mill-holqienta' servitu' ghall-utilita' pubblika. Id-dritt allura li c-cittadin jista' jivvanta in servitu ghall-utilita' pubblika kontra cittadin iehor biex jigi rispettat fir-rigward tieghu servitu' li l-proprjeta' tieghu tgawdi u li tkun mahluqa ghall-utilita' pubblika ma gie bl-ebda mod pregudikat bil-promulgazzjoni tal-Att numru 1 tal-1992 dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp. Hu proprju f'dan ix-xenarju illid-distinzjoni netta bejn id-dritt pubbliku u d-dritt privat qed tigi sa certu punt offuskata biex testendi protezzjoni lic-cittadin privat fejn jirrizulta li dan ikun qed isofri pregudizzju fit-tgawdija tal-jeddijiet tieghu f'dan il-kaz bil-limitazzjoni imposta fuq il-proprjeta' tieghu bil-holqienta' servitu' ghall-utilita' pubblika u dana kontra l-abbuz tat-terz fl-esercizzju ta' tali servitu'.

L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ghandha parametri precizi li fihom hi kellha tezercita il-funzjonijiet partikolari u eskluzivi taghha. Parametri li pero' ma jeskludux l-intevent tal-Qorti jew id-dritt tac-cittadin li jagixxi quddiemhom ghar-rivendikazzjoni tal-jeddijiet li l-ligi civili tikkonferilhom fosthom it-tgawdija ta' servitu' mahluqa ghall-utilita' pubblika li per definizioni jekk il-fatti hekk juru, taghti jedd stabbilit ghall-vantagg tal-fond fuq fond ta' haddiehor sabiex isir uzuminn dan il-fond ta' haddiehor jew sabiex ma jithalliex li sidu juza minnu kif irid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info