eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 425/1981/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
30/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
AGIUS PAUL ET vs SCICLUNA MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
AGIUS PAUL ET vs SCICLUNA MICHAEL - 425/1981/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ACTIO NEGATORIA - ALLEGAZZJONI - L ARTIKOLU 562 - MIN IRESSAQ IL PROVI F ALLEGAZZJONI
Fil-Qosor
Skont il-Kodici ta' Procedura, min jallega jrid jipprova; u ghalhekk, jekk il-konvenut qed jikkontesta l-kuntratti u testmenti esibiti mill-esponenti illi juru li l-art hija tassew ta' l-esponenti, jispetta lilu li jressaq il-prova kuntrarja.
F'kull kawza, huwa l-attur li jrid iressaq il-provi biex jipprova l-kaz tieghu. F'kull kawza, il-konvenut m'ghandux ghalfejn jiftah halqu sakemm ma jkunx hemm prova "prima facie" li tirrikjedi li huwa jgib il-provi biex jirribattiha. F'dan ir-rigward, l-azzjoni reivindicatoria mhijiex differenti minn kawzi ohra, fis-sens illi l-atturi ressqu l-provi biex juru li l-art hija taghhom - f'dan il-kaz permezz ta' kuntratti u testmenti - u jispetta lill-konvenut li jgib il-prova kuntrarja.
L-artikolu 562 jipprovdi illi "Bla hsara ta' kull disposizzjoni ohra tal-ligi, l-obbligu tal-prova ta' fatt imiss dejjem lil min jallegah".
L-aggravju principali tal-atturi appellanti jikkonsisti principalment fil-fatt li l-ewwel Qorti irritenietli l-azzjoni proposta mill-atturi appellanti kienet l-'actio rei vendicatoria'. L-atturi appellantifir-rikors tal-appell u fin-nota tal-osservazzjonijiet taghhom isostnu li l-azzjoni taghhom hija l-'actio negatoria' u mhux l-'actio rei vendicatoria'.
L-'actio negatoria' hija azzjoni li sidjutilizza fejn jitlob il-Qorti sabiex tinnega lill-konvenut drittijiet konsistenti f'servitu' jew pisijiet ohra fuq il-propjeta' tas-sid li l-istess konvenut ikun qed jivvanta. L-'actio negatoria' m'hijiex intiza sabiex jigu negati drittijiet ta' propjeta' kif qed jippretendu l-attturi appellanti.
Id-dicitura ta' din it-talba tindika li l-azzjoni proposta mill-atturi hija effettivament l-'actio rei vendicatoria' u ghalhekk id-decizjoni tal-Ewwel Qorti f'dan ir-rigward hija korretta. Ghaldaqstant l-appell huwa respint u s-sentenza appellata kkonfermata bl-ispejjez ta' din l-istanza a karigu ta' l-appellant.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta