Referenza: 45/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
VALCALL LIMITED vs ALT SERVICES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NOTIFIKA, KORP MOGHNI B`PERSONALITA` GURIDIKA - NOTIFIKA, VALIDITA` TA`
Fil-Qosor
F'materja teknika bhalma hija l-kwestjoni ta' validita' ta' notifika, il-Qorti jkollha ssegwi fedelment dak li tghid il-ligi tal-procedura, u trid thares (ghallanqas fuq dak li jitqies bhala principjudottrinali basilari) l-identita' distingwibbli ta' korp moghni b'personalita' guridika distinta, minn dawk li jistghu jkunu l-attivitajiet kummercjali tal-istess korp maghgunin ma' interessi ohrajn.

Kemm-il darba wiehed jitkellem dwar jekk in-notifika hijiex valida, allura ma jibqax izjed il-kaz li jitkellem ukoll dwar il-jedd li jnehhi l-kontumacja, ghaliex notifika invalida, jew nuqqas ta' notifika skond il-ligi, ma taghti qatt bidu ghaz-zmien li jimxi kontra l- persuna li, fil-fatt,ma tkun giet notifikata qatt. Wiehed ma jistax jaqa' kontumaci jekk mhux wara li jkun gie validament notifikat b'att tac-Citazzjoni.

B-differenza mill-kaz ta' notifika ta' individwi, il-ligi tghid li, dwar persuni kompetenti li jircievu atti gudizzjarji f'isem korp moghni b'personalita' guridika, tali persuni jridu jkunu persuni li jkollhom ir-rapprezentanza guridika ta' dak il-korp jew minn kull segretarju tal-kumpannija jew minn kull persuna ohra li tkun awtorizzata bil-miktub minn dakil-korp.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni