Referenza: 13/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
DEMANUELE JAMES vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST ILLEGALI - ARTIKOLU 412 B TAL KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 5 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 6 TAL KONVENJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM - GARANZIJA BIEX AKKUZAT JINHELES - HELSIEN MILL ARREST - LIBERTA PROVIZORJA - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
L-azzjoni tar-rikorrent jingabru taht zewgt irjus ewlenin - l-arrest illegali u nuqqas ta' smigh xieraq.

Ghalkemm ir-rikorrent iressaq bosta lmenti dwar allegati ksur ta' jeddijiet fondamentali taht l-artikoli 5 u 6 tal-Konvenzjoni, jidher li l-ghan ewlieni tieghu huwa dak li jiffoka fuq il-kwestjoni dwar jekk l-obbligu li ma johrogx mid-dar bhala wahda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu meta nghata l-liberta' provvizorja jikkostitwixi, bhala fatt, ghamla ohra ta' arrest u mhux semplicikundizzjoni ghall-ghoti tal-helsien mill-arrest.

L-artikolu 5 tal-Konvenzjoni jiggarantixxil-helsien fiziku ta' kull individwu mill-ghemejjel arbitrarji tal-Istat li bihom jindahal f'dan il-jedd. Imma l-jedd tal-liberta' fizika m'huwiex wiehed assolut. Biex ic-cahda tal-liberta' personalima tkunx tikser id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni, jehtieg li (a) dik ic-cahda tkun imwettqa skond procedura stabilita b'ligi, u (b) li z-zamma jew arrest ikunu legalment gustifikatisakemm (c) tkun tghodd dwarha mqar wahda mis-sitt ragunijiet mahsuba fl-artikolu 5(1).

Ir-rikorrent jghid li garrab ksur tal-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni “u dan f'diversi punti”. L-imsemmi artikolu tal-ligi jipprovdi li “Kull min ikun arrestat jew detenut skond id-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (1)(c) ta' dan l-artikolu ghandu jingieb minnufih quddiem imhallef jew funzjonarju iehor awtorizzat b'ligi biex jezercita setgha gudizzjarja u jkollu dritt ghal proceduri fi zmien ragonevoli jew ghal helsien waqt pendenza tal-proceduri. Il-helsien jista' jkun taht kundizzjoni ta' garanziji biex jidher ghall-proceduri”.

L-artikolu 5(1)(c) tal-Konvenzjoni huwa wiehed minn sitt cirkostanzi li l-istess artikolu jqis bhala arrest jew detenzjoni ta' persuna bhala eccezzjoni ghall-jedd li hadd ma jkun imcahhad mil-liberta' tieghu innifsu u sakemm tali arrest jew zamma jkunu skond procedura preskritta bil-ligi. B'dan wiehed jifhem li tali procedura trid tkun (a) kif preskritta mil-ligi nazzjonali applikabbli, imqabbla ma' dak li tippreskrivi l-Konvenzjoni nnifisha (maghdudin il-principji generali li l-istess Konvenzjoni thaddan f'dan ir-rigward) u (b) li ma tkunx procedura arbitrarja. Minbarra dan, il-Konvenzjoni tishaq ukoll li f'kull wahda mis-sitt cirkostanzi msemmija fl-artikolu 5(1) l-arrest jew iz-zamma jkun wiehed “legali”.

Il-kazijiet mahsuba fl-artikolu 5(1)tal-Konvenzjoni, hlief ghall-ewwel cirkostanza, kollha japplikaw f'kuntest fejn ma jkunx ghad hemm kundanna definittiva u fejn ir-ragunijiet mahsuba ghac-cahda tal-liberta' tal-persuna huma kollha “kawtelatorji” ghal xi ghan jew iehor marbut mal-ordni pubbliku. Ghalhekk inghad li dawk ic-cirkostanzighandhom jinghataw tifsira ristretta ghall-ahhar u m'ghandhom bl-ebda mod jitwessghu b'tigbid jew b'analogija, ghaliex ilkoll jimmilitaw kontra l-principju li l-bniedem huwa meqjus innocenti sakemm ma jkunx instab hati, u kif ukoll tal-principju konvenzjonali ewlieni li l-helsien tal-bniedem huwa prijorita'.

Il-liberta' provvizorja m'hijiex helsien assolut imma wiehed kondizzjonat. Ghalhekk, kif generalment jigri, persuna li tinghata l-liberta' provvizorja minn Qorti trid toqghod ghal numru ta' kundizzjonijiet ilkoll mahsuba biex jizguraw li dik il-persuna tidher quddiem il-Qorti metajmissha u li ma taghmel xejn li bih tista' ddennes il-kaz taghha jew twettaq reat sakemm tkun ghadha hekk marbuta.

Il-kundizzjonijiet tal-liberta' provvizorja jridu jkunu tali li l-persuna lighaliha japplikaw tkun f'qaghda li twettaqhom u ma jkunux issarrfu f'“arrest” taht sura ohra. Ir-rikorrent jghid li l-kundizzjonijiet tad-depozitu u li ma johrogx mid-dar maghmulin mill-Qorti fid-degriet taghha, li bih helsitu mill-arrest kienu, effettivament, cahda tal-helsien mill-arrest.

L-ammont tal-garanzija ghall-helsien mill-arrest ghandu dejjem ikun fil-limiti stabiliti mil-ligi, skond il-kundizzjonijiet tal-imputat, ix-xorta u l-kwalita' tar-reat, u z-zmien tal-piena li ghalihar-reat ikun suggett. Il-garanzija ssir jew billi jingieb plegg tajjeb li jintrabat bil-miktub li jaghmel tajjeb ghall-obbligazzjoni tal-akkuzat jew imputat li jkun, jew billi jsir depozitu tas-somma tal-garanzija jew it-tressiq ta' rahan li jiswa daqs is-somma, jew ukoll bl-obbligazzjoni personali wahedha tal-imputat. Il-ligi tahseb ukoll ghall-kaz fejn imputati mixlija b'reat li jaqbzu l-kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali jistghu jinghataw il-helsien mill-arrest minghajr garanzija jekk kemm-il darba ma jkunx hemm oppozizzjoni mill-Avukat Generali ghal talba f'dan is-sens u fejn l-istess imputati huma fqar u nies ta' morali tajba.

Il-qofol kollu tal-helsien mill-arrest huwa dak li jhares il-principju tal-prezunzjoni tal-innocenza tal-persuna mixlij u fl-istess waqt jaghmel tajjeb ghall-possibilita' li l-kaz kontra l-persuna mizmuma jiehu z-zmien xieraq tieghu minghajr ma jxekkel aktar minn kemm mehtieg il-jedd tal-istess persuna ghal-liberta' taghha. F'dan ir-rigward, ghalhekk, l-ghan tal-helsien mill-arrest ikun principalment - izda mhuxbilfors esklussivament - dak li jizgura li l-persuna mehlusa ma tonqosx li tidher fil-kaz taghha kull meta tissejjah ghal dan. Ghalhekk, Qorti ghandha taghti l-helsien mill-arrest biss fejn tkun soddisfatta li l-prezenza tal-persuna mixlija fil-proceduri kontra taghha tkun garantita.

Il-garanzija li l-Qorti tordna bhala kundizzjoni biex jinghata l-helsien mill-arrest m'ghandhiex isservibhala xi ghamla ta' kumpens ghad-dannu mwettaq bir-reat. Fuq kollox, l-ammont tal-garanzija ghandu jkun ragonevoli, fis-sens li ghandu jservi sewwa - imma mhux aktar milli mehtieg - biex jizgura li l-persuna mixlija ma tonqosx milli tidher ghall-kawza taghha u ma tithajjarx li tghib, twettaq reat iehor jew tahrab. Ghalhekk, fejn l-ammont tal-garanzija jisboq dan l-ghan, jista' ikun hemm lok ghall-ksur tad-dispozizzjonijiet relattivi tal-Konvenzjoni.

L-obbligu li l-imputat jitressaq u jigi processat fi zmien ragonevoli mhuwiex ghazla minflok jinghata l-helsien mill-arrest. Dan ghaliexil-helsien mill-arrest huwa obbligu li xorta wahda jrid jitqies jekk kemm-il darba jingiebu garanziji bizzejjed li bihom tonqos il-bizgha li l-imputat ma jahrabx.

Il-Konvenzjoni taghmel distinzjoni netta dwar l-origni tad-detenzjoni ta' persuna. Is-setgha ta' din il-Qorti li tqis ic-cirkostanzi tal-ghoti, c-cahda jew ir-revoka tal-liberta' provizorja hija wahda limitata fis-sens li m'ghandhiex tindahal f'dawk l-aspetti li bir-rieda espressa tal-ligi jaqghu fis-setgha mhollija f'idejn qrati ohrajn. B'hekk jigi li l-kompetenza ta' Qorti Civili fil-vesti kostituzzjonali taghha hija limitata li tizgura li d-dritt fondamentali tal-akkuzat ghall-helsien mill-arrest preventiv (sakemm ghadhom ghaddejjin proceduri kriminali kontrih) ikun imhares u mizmum fil-limiti stabiliti mill-istess Konvenzjoni. Dan isir billi jigi assikurat li Qorti kompetenti li tqis talba ghall-helsien mill-arrest preventiv (kemm sakemm jew jekk tilqa' tali talba, kemm jekk tichadha) tkun ghamlet dan b'applikazzjoni u rispett shih tal-garanziji kostituzzjonali jew konvenzjonali. U din il-Qorti m'ghandhiex tindahal aktar fl-operat ta' Qorti bhal dik sakemm ma jkunx jidher “eccess manifest fl-applikazzjoni”taghha ta' dawk il-principji jew kriterji kostituzzjonali jew konvenzjonali. B'mod partikolari, ir-ragonevolezza tal-ammont tal-garanzija li jkun determinat minn dik il-Qorti li tkun tat l-ordni ghall-helsien mill-arrest bil-kundizzjonijiet fih stipulati m'ghandhiex bhala regola tigi mistharrga usindakata minn Qorti ta' kompetenza civili jew “kostituzzjonali”.

Meta Qorti tigi biex tqisjekk ghandhiex tehles persuna mill-arrest, hija ghandha thares lejn dawk il-kundizzjonijiet li jistghu jwasslu biex jigi ffissat l-ammont xieraq tal-garanzija li dik il-persuna trid taghti biex tkuntista' tinheles. Il-Qorti tqis kemm kriterji oggettivi (marbuta max-xorta u l-ghamla tar-reat u l-piena tieghu) u kif ukoll dawk suggettivi li jintrabtu mal-kundizzjoni tal-imputat (maghduda maghha, per ezempju, l-qaghda socjali tieghu, id-dipendenza tieghu fuq haddiehor, u x-xoghol tieghu jekk ikunil-kaz). Minbarra dan, tqis ukoll li meta l-Qorti tiffissa garanziji f'somom ta' flus, hija trid thares lejn il-mezzi finanzjarji tal-imputat u kif ukoll ta' dawk il-persuni li qeghdin joffru li jghinuh billi jidhlu garanti, b'mod li eqreb ma jkunu dawk il-persuni mal-imputat, aktar tkun tiswa l-garanzija billi l-imputat ihossu aktar obbligat li jhares il-kundizzjonijiet tal-helsien tieghu mill-arrest.

Din il-Qorti tqis li fi kwestjoni ta' helsien mill-arrest, il-principju tal-liberta' tal-persuna huwa r-regola u li l-arrest jew iz-zamma taghha ghandu jitqies bhala eccezzjoni. Il-prezunzjoni hija favur il-liberta' tal-persuna u r-rikorrent ma ghandu ghalfejn jipprova xejn aktar mill-fatt li huwa nzamm mizmum taht arrest u li huwa kien imcahhad mill-helsien minn dak l-arrest. Huwal-intimat li ghandu l-piz tal-prova li jikkonvinci lill-Qorti li kienu jirrikorru l-estremi li jiggustifikaw li ma tinghatax il-liberta' provvizorja.

Fil-fehma ta' din il-Qorti l-fatt li tali helsien ma nkisibx minnufih imma wara li l-Qorti tal-Magistrati riedet taccerta ruhha li r-rikorrent ma kienx sejjer lura minn kelmtu dwar il-kundizzjonijiet imposti fuqu ma jgibx b'hekk li sehh ksur tal-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni. Dan jinghad ghaliex it-tliet kundizzjonijiet li jitlob dak l-artikolu - jigifieri li l-persuna mixlija titressaq bla dewmien quddiem imhallef “jew funzjonarju iehor awtorizzat b'ligi biex jezercita setgha gudizzjarja”, li jinghata l-helsien waqt il-pendenza tal-proceduri u li l-arrest tieghu kien imsejjes fuq suspett ragonevoli li huwa kien wettaq reat - kollha rrizultaw applikabbli ghall-kaz tieghu, u kollha sehhew fi zmien ragonevoli kif irid dak l-artikolu.

Il-prattika tal-imposizzjoni tal-“house arrest” mill-Qrati ta' kompetenza kriminali ghandha titqies bhala kundizzjoni marbuta ma' dak il-helsien kundizzjonat u mhux xort'ohra. B“detenzjoni” jew “arrest” legali fis-sistema taghna wiehed jifhem iz-zamma ta' persuna f'habs, facilita' korrettiva jew post iehor li jitqies bhala habs ghall-finijiet tal-ligi. Id-dar ta' abitazzjoni ta' persuna ma taqax f'tifsira bhal din, sakemm il-Ministru ma jordnax hekk specifikatament fil-Gazzetta tal-Gvern.

L-artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni jghid li “Kull min ikun ipprivat mil-liberta' tieghub'arrest jew b'detenzjoni jkollu dritt li jaghmel proceduri biex il-legalita' tad-detenzjoni tieghutigi deciza malajr minn qorti u l-liberta' tieghu tigi ordnata jekk id-detenzjoni ma tkunx skond il-ligi.” Ir-rikorrent qieghed iqis li ladarba l-procedura mahsuba fl-artikolu 412B tal-Kodici Kriminali ma teskludix il-possibilita' li l-Qorti li quddiemha jitressaq rikors b'talba ghar-revizjoni tal-legalita' tal-arrest tkun l-istess Qorti li tkun tat l-ordni tal-arrest, b'daqshekk isehh ksur tal-artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni.

Il-Qorti ma jidhrilhiex li dan l-ilment, kif formulat, huwa wiehed li jwassal ghall-konkluzjoni li jippretendi r-rikorrent. L-imsemmi artikolu 412B ma jordnax li rikors bhal dak irid tabilfors jitressaq quddiem l-istess Qorti li tkun ordnat l-arrest. It-talba ghal revizjoni ta' legalita' ta' arrest ghandha minn talba li tista' ssir lil kull Qorti meta tintalabtibdel contrario imperio xi provvediment li tkun tat qabel. Rikorsi bhal dawn jitressqu dejjem quddiem l-istess Qorti li tkun tat il-provvediment li tieghu tintalab ir-revizjoni jew sahansitra t-thassir. L-ilment tar-rikorrent ifalli ghaliex l-artikolu 5(4) ma jghoddx ghac-cirkostanzi partikolari tal-arrest li garrab hu u dan ghaliex l-arrest tar-rikorrent kien ordnat mill-Qorti li quddiemha tressaq.

Ir-rikorrent jirreferi ukoll ghal dewmien mhux misthoqq fil-kawza tieghu sa ma nqatghet. Dan huwa lment imsejjes fuq l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni li jaghti dritt li kull min ikun (fost l-ohrajn) mixli bit-twettiq ta' reat kriminali li jkollu smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi. F'dan ir-rigward, ir-rikorrent jillimita l-ilment tieghu ghall-kwestjoni tad-dewmien. Il-Qorti issib li ma jistax jinghad li l-proceduri twalu aktar minn kemm kien ragonevoli jew li l-kaz ma kienx jisthoqqlu l-attenzjoni li fil-fatt inghata. Din il-Qorti ma ssibx li dan l-ilment tar-rikorrent huwa misthoqq.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li r-rabta li r-rikorrent kellu li ma johrogx minn daru (l-hekk imsejjah “house arrest”) kien kundizzjoni minn fost bosta ghall-helsien mill-arrest tieghu u mhux sura ohra ta' arrestskond l-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni; tiddikjara li ma sehh l-ebda ksur tal-jeddijiet fundametalitar-rikorrent kif mahsuba fl-artikoli 5(3), 5(4) u 6(1) tal-Konvenzjoni u tordna lill-istess rikorrent ihallas l-ispejjez tal-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni