Referenza: 2341/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
EUROBRIDGE SHIPPING SERVICES LTD vs SCICLUNA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA THEDDID
Fil-Qosor
Biex il-vjolenza morali tikkostitwixxi vizzju tal-kunsens li jwassal ghan-nullita' tal-kuntratt, hemm bzonn li dik il-vjolenza tkun il-kawza determinanti tal-kuntratt u li l-kunsens ikun il-frott tal-vjolenza ezercitata biex jigi ottenut l-kunsens, u mhux biex jigi ottenut skop divers, u trid tkun ukoll l-opera tal-persuna li ezercitata biex tottjeni dak il-kunsens.

Biex il-vjolenza moralitammonta ghall-vizzju tal-kunsens hemm bzonn li tkun determinanti, ngusta u gravi u tali li taghmelimpressjoni fuq persuna ragonevoli u li tiggenera l-biza' li tesponi ingustament lill-persuna taghha jew il-gid taghha ghal dannu gravi. Il-kwistjoni jekk hemmx vjolenza hija indagini li hija imhollija interament fil-prudenza tal-gudikant.

Sabiex vjolenza thassar il-kunsens, it-theddid jewpressjoni li ssir fuq persuna ohra ma jridx jikkonsisti f'semplici esercizzju ta' dritt.

F'actio cambiaria l-eccezzjonijiet li huma persunali ghall-pussessur tal-kambjala ma jistghux idewmu l-hlas taghha, jekk ma jkunux likwidi u li jistghu jinqatghu malajr fil-kawza li tkun miexja.

Jekk dawn l-eccezzjonijiet ikun jinhtiegu ezami fit-tul, is-smiegh taghhom isir f'kawza ghaliha, u sadanittant, il-kundanna ghall-hlas tal-kambjala, bil-garanzija jew minghajrha, skond ma jidhrilha l-Qorti, m'ghandiex tkun imdewma.

L-iskop tal-ligi huwa carissimu. Il-kawza proposta a bazi ta' kambjala ghandha tigi mill-Qorti trattata bl-aktar celerita possibili. Il-Kummerc jitlob il-heffa u l-ghagla fil-kontrattazzjonijiet u s-soluzzjoni guridika taghhom.

Ghalhekk f'azzjoni kambjarjal-eccezzjonijiet ghandhom ikunu limitati u ristretti ghad-dokument stess (il-kambjala) u m'ghandhomx jidhlu fil-kamp ta' obbligazzjonijiet ohra. L-azzjoni kambjarja ghandha hajja ghal kollox indipendenti minn kwalunkwe obbligazzjoni li setghet ippreceditha jew obbligazzjoni li setghet iggenerat. L-obbligazzjonijiet emergenti huma dawk li johorgu mis-semplici firem tal-persuni li jidhru fuq il-kambjala.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni