Reference: 902/1999/1

Judgement Details


Date
30/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
ROTA MARY NOE vs CAMILLERI MARY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL
Summary
Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni hu ta' indoli straordinarja, lumeggjat dan il-karattru straordinarju bl-istorja ta' dan l-istitut; bil-konsegwenza logika illi r-regoli li jiggovernaw l-istess istitut huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest ta' ritrattazzjoni, il litigant sokkombent ikun jista' jerga jiftah il-kawza, u b'hekk indirettament jinholoq tribunal tat-tielet istanza.

L-istitut ta' ritrattazzjoni, huwa wiehed specjalissimu li jippermetti li kawza tigi ezaminata ghat-tielet darba. L-organizazzjoni ta' l-ordni giudizzjarju fl-istruttura taghna hija ta' zewg gradi - prim' istanza u appell - mentri r-ritrattazzjoni tintroduci t-tielet grad bhala mizura eccezzjonalissima ntiza principalment biex tigi evitata ingustizzja cara u palezi,minhabba fatturi li jkunu jew sfuggew l-ezami l-ewwel istanza jew taz-zewg istanzi jew li jkunu issopravvenew, basta li f'ebda kaz dawn il-fatturi ma jkunu dovuti ghan-negligenza procedurali ta' min jitlob ir-ritrattazzjoni.

Zball ta` fatt jista` biss jaghti lok ghal ritrattazzjoni meta jirrizulta mill-atti u mid-dokumenti tal-kawza u jrid ikun zabll materjali, intuwittiv, li jirrizultamis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet fis-sentenza u l-atti u dokumenti. Tali zball ma jridx ikun relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt gie mifhum mill-gudikant ghaliex l-apprezzament u l-interpretazzjoni tal-fatti jikkostitwixxu l-konvinciment insindakabbli tal-gudikant. Barra minn hekk, l-izball ta` fatt irid jinsab f'rapport ta' kawzalita` mad-decizjoni u huwa necessarju li l-fatt ma jkunx ifforma punt kontrovers u deciz bis-sentenza impunjata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info