Reference: 57/2005

Judgement Details


Date
13/07/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
SHHAWI HANI AHMED vs L-ONOR. PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
Filwaqt li l-Qorti tat il-fakultajiet lill-partijiet jipprezentaw nota ta' osservazzjonijiet u dokumenti, iddifferit ir-rikors ghas-sentenza fuq l-eccezzjoni dwar l-inapplikabilita` tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni. L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni kif ukoll 6 tal-Konvenzjoni jiggarantixxu s-smiegh xieraq fi zmien ragjonevoli minn Qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi, u dan kemm fil-kaz ta' reati kriminali jew dwar l-ezistenza jew estensjoni ta' drittijiet jew obbligi civili. L-artikoli 39(1) u (2) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem huma sostanzjalment identici.

Fil-kaz in ezami l-funzjoni tal-PSC kien li tohrog l-applikazzjonijiet, tappunta Bord ta' Ghazla, tigi maghzula l-persuna, u ssir ir-rakkomandazzjoni. Il-Prim Ministru jekk jaqbel kellu jiehu hsieb li tohrog il-hatra. Il-funzjoni ta' Qorti jew awtorita' ohra gudikanti ghandha rwol ferm differenti b'mod li tapplika l-ligi tal-pajjiz wara li tezamina l-kontestazzjoni ta' bejn il-partijiet u taghti d-decizzjoni taghha finali.

Irid ikun hemm kontestazzjoni li trid tigi ezaminata fid-dawl tal-ligi tal-pajjiz u l-Qorti jew awtorita ohra gudikanti trid taghti d-decizjoni taghha. Fil-kaz in ezami ma kienx hemm kontestazzjoni bejn il-partijiet izda se mai konkors.

Il-Qorti osservat li d-dritt ghal smiegh xieraq jinghatafejn id-decizjoni ta' Bord jew Tribunal seta' jkollu effett fuq id-drittijiet u obbligi civili tal-persuna koncernata. Fil-kaz prezenti l-funzjoni tal-Bord kienet limitata ghad-dixxiplina ta' l-impjegati tas-socjeta`. Ghalhekk din id-decizjoni ma kinitx timporta bdil fid-drittijiet u obbligi civili tar-rikorrenti. Fil-kaz prezenti l-portata tad-decizjoni kienet wahda limitata ghad-dixxiplina ukull effett li tali decizjoni seta' kellha fuq il-promozzjoni taghha kien wiehed indirett u kazwali.Ghalhekk il-protezzjoni akkordata mill-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja u l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ma kinitx applikabbli ghall-kaz.

Fil-kaz in ezami r-rikorrent applika ma' l-awtorita` kompetenti f'Malta biex jakkwista l-istatus ta' refugjat izda dan gie michud u wara din ic-cahdar-rikorrent appella quddiem il-Bord ta' l-Appelli, liema bord huwa indipendenti mill-Kummissarju.It-talba ghal status ta' refugjat mhix procedura fejn hemm forma ta' kontestazzjoni. Din issir waraapplikazzjoni fejn tittiehed id-decizjoni in segwitu ta' talba fejn wiehed jadixxi l-awtorita` ghaltalba ta' istatus ta' refugjat. Il-ligi tghid li dwar id-decizjoni ma hemmx appell. Ghalhekk ma jidhirx li hemm decizzjonijiet la tal-Qrati Maltin u anqas ta' Strasbourg li jghidu li l-artikoli 39tal-Kostituzzjoni u 6 tal-Konvenzjoni huma applikabbli f'kaz ta' applikazzjoni ghal status ta' refugjat.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi illi ma hemm ebda ksur ta' l-artikoli 6 tal-Konvenzjoni u 39 tal-Kostituzzjoni.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info