Referenza: 63/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/03/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
CUTAJAR MICHAEL vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Ir-rikorrent gie imharrek quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta` Gudikatura Kriminali talli, fost affarijiet ohra, dan kellu fil-pussess tieghu ghasfur li l-kacca jew it-tehid tieghuhuwa projbit bil-ligi. B`sentenza tas-17 ta` Ottubru, 2006, dik il-Qorti sabitu hati tal-akkuzi dedotti kontra tieghu, u kkundannatu ihallas multa ta` Lm300 u l-licenzja tal-kacca giet sospiza ghall-perjodu ta` sena. Ir-rikorrent appella minn dik is-sentenza, izda l-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali, b`sentenza moghtija fis-16 ta` Novembru, 2006, cahdet l-appell u ikkonfermat is-sentenza appellata, u wara li rat l-artikolu 429 tal-Kodici Kriminali, iddikjarat l-appell fieragh u ikkundannatlir-rikorrenti Lm100 ammenda oltre il-multa li diga` wehel.

Ir-rikorrenti qed jilmenta ksur tad-dritt tieghu li jkollu smiegh xieraq peress li, la darba x-xhieda mismugha mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta` Gudikatura Kriminali ma kienetx giet traskritta (peress li l-procedura quddiem dik il-Qorti hi wahda sommarja), l-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali kellha terga` tisma x-xhieda mill-gdid, u dan, skond hu, jaghti vantagg lill-Pulizija Ezekuttiva li jkunu f`pozizzjoni li“jipperfezzjonaw kultant anki inkonxjament ix-xhieda taghhom”.

Din il-Qorti tghid mill-ewwel li, ghaliha, l-ilment tar-rikorrent huwa totalment bla bazi. Ma hemm ebda regola fundamentali jew principju legali li jesigi li Qorti li qed tisma` kawza ta` natura kriminali trid bil-fors tara lil-provi li tisma` jigu registrati u/jew traskritti; il-htiega li akkuzat ikollu “a fair trial” bl-ebda mod ma jwassal ghal dan. F`kazijiet bhal dawn, meta jkun hemm dritt ta` appell ghal xi parti leza, il-Qorti adita bl-appell trid hi terga` tisma l-provi mill-gdid, izda dan ma hu ta` vantagg ghall-ebda parti, ghax dik il-Qorti tisma` l-provi mhux biss fil-prezenza tal-akkuzat li jkollu d-drittjikkontrolla l-istess provi, izda trid tisma` l-provi kollha li kienu gew prodotti quddiem l-ewwel Qorti, kemm tal-prosekuzzjoni kif ukoll tad-difiza. Dan ma jwassalx ghal smiegh doppju tal-istes kaz, ghax il-Qorti tal-Appell ma tistax tisma` provi godda (hlief sa fejn hu permess bil-ligi), izda biss il-provi li jkunu gew prodotti quddiem l-ewwel Qorti.

Barra minn dan, il-Qorti tara li huta` vantagg ghall-process gudizzjarju li l-Qorti tal-Appell tisma` hi viva-voce l-provi tal-kaz, ghax tkun f`pozizzjoni ahjar li tapprezza dak li qed jinghad u kif qed jinghad, u tkun f`pozizzjoni ahjar tevaljuwa il-komportament tax-xhieda.

F`kaz li xhud fl-istadju tal-appell jghid xi hagadifferenti minn dak li jkun qal quddiem l-ewwel Qorti, il-parti interessati tista` dejjem tigbed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Appell ghal dik ic-cirkustanza, u tali sottomissjoni zgur tittiehed in konsiderazzjoni minn dik il-Qorti fl-apprezzament li hi taghmel tal-provi prodotti.

Din il-Qorti tara li dan ir-rikors ma hu xejn hlief attentat iddisprat da parti tar-rikorrent biex jipprova jinheles minn akkuza li giet ippruvata.

Ix-xhieda li nstemghet f`dan il-kaz, kemm quddiem l-ewwelQorti kif ukoll fil grad ta` appell, kienet taht il-kontroll shih tar-rikorrent li kien assistit minn Avukat ta` fiducja tieghu, u jekk kien hemm xi diskrepanzi f`xi depozizzjoni, ir-rikorrenti setgha jigbed l-attenzjoni tal-Qorti ghal dan. Jekk, fi stadju tal-appell, tinghad xi haga “gdida”, il-parti l-ohra tista` dejjem titlob biex tressaq xhieda biex ixejjen dik il-“prova gdida” li tkun saret, izda f`dan il-kaz, ir-rikorrent lanqas talba f`dan is-sens ma jidher li ghamel.

Diment li dawn ir-regoli ta` procedura jipprovdu ghall-kontroll tal-partijiet tal-provi prodotti, b`opportunitajiet indaqs li jikkontradixxu l-pozizzjoni tal-parti l-ohra, ma jistax jinghad, in principju, li jkun hemm ksur tad-dritt ghal smiegh xieraq. F`dan il-kaz, ma jirrizultax li, fil-kors tas-smiegh tal-kawza quddiem il-Qrati b`kompetenza kriminali, sar xi strap procedurali li ma setax jigi rimedjat fil-kors tal-istess smiegh; ir-regola innifisha li x-xhieda fi proceduri sommarji ma tigix traskritta,ma twassalx ghal xi ingustizzja jew lezjoni ta` dritt ta` smiegh xieraq. Fuq kollox, persuna akkuzata b`reat li tkun qed tinstema` bi procedura sommarja, tista` dejjem titlob li x-xhieda tigi registrata, jekk jidhirlha li jkun importanti li jsir hekk, pero`, f`dan il-kaz, talba simili ma saretx.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad ir-rikors tar-rikorrenti, bl-ispejjes kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni