Referenza: 161/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/09/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CARTER MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCESS TA FORZA - UZU LEGITTIMU TA FORZA
Fil-Qosor
Wiehed ghandu necessarjament jara jekk fl-incident in kwistjoni, li ghalih kien unikament responsabbli l-imsemmi Noel Mallia, l-uzu tal-lembuba mill-appellant kienx wiehed eccessiv jew le f'dawk ic-cirkostanzi partikolari.

Hu necessarju li sabiex wiehed jasal ghal xi decizjoni fuq dan l-aspett, irid ipoggi lilu nnifsu fil-pozizzjoni li sab ruhu fiha l-appellant u jara kif f'dawk ic-cirkostanzi kien jirreagixxi ghall-aggressjoni. Irid jara jekk f'dawk ic-cirkostanzi, l-uzu tal-lembuba li,wara kollox,tifforma parti mill-uniformi tal-pulizija w tinghathalhom sabiex tintuza kull meta tinhass in-necessita', basta li tintuza b'mod ragjonevoli u kif ikun opportun skont ic-cirkostanzi, hiexxi eccess fl-uzu taghha jew, ghal kuntrarju, jekk dak l-uzu kienx wiehed f'waqtu jew necessarju.

Dan huwa t-test soggettiv li ghandu jsir f'dan il-kaz, u mhux it-test oggettiv bhal ma jidherli ghamlet l-ewwel Qorti. Certament mill-assjem tal-provi fuq dan l-aspett, din il-Qorti mhiex moralment konvinta li l-appellant ecceda fl-uzu ta' din il-lembuba. Dan ghaliex hi wzat dan it-test soggettiv u rat li dak l-uzu tal-lembuba, f'dawk ic-cirkostanzi, ma kienx eccessiv; anzi, kien piuttost mehtieg minhabba c-cirkostanzi li probabbilment, aktar iva milli le, sab ruhu fihom l-appellant. Warakollox, il-grad tal-probabbli huwa bizzejjed ghall-appellant sabiex inissel id-dubju ragjonevoli fil-verzjoni tal-prosekuzzjoni




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni